start date October 5, 2023
map icon Valletta

Valletta Local Food Festival 2023

05/10/2023 - 07/10/2023
Valletta Design Cluster,Valletta

Valletta Local Food Festival 2023

Ingħaqad magħna għall-Valletta Local Food Festival 2023!

Gawdi minn xelta wiesgħa ta’ ikel Malti u riħa tfuħ li taqsamlek qalbek – fejn it-tradizzjoni tiltaqa’ mal-innovazzjoni, fil-Valletta Design Cluster. L-ikel mhux biss għas-sostenn iżda huwa wkoll ċelebrazzjoni tal-kultura u l-wirt. Esperjenza l-qalb tal-kultura Maltija permezz tal-ikel u r-riċetti li għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra.

Fil-Valletta Local Food Festival 2023, qed nilqgħu flimkien manifatturi lokali tal-ikel, koki professjonali, u dilettanti tal-ikel li jsajjru mill-qalb, biex niċċelebraw il-maġija tal-gastronomija Maltija. Ingħaqad magħna f’dan il-vjaġġ kulinari mħawwar li jwiegħed li  japprofondixxi l-apprezzament tiegħek għall-arti tal-ikel.

Jekk inti taqalek żaqqek, ejja u esperjenza t-tradizzjoni u l-innovazzjoni, filwaqt li tgawdi minn xi sorpriża jew tnejn! Titlifx din l-okkażjoni li ser tinżel għasel ma’ dawk kollha li ser jattendu u japprezzaw it-togħmiet li jagħmlu lil Malta tassew unika.

Il-Valletta Local Food Festival 2023 jinkludi:

  1. Vetrina tal-Gastronomija Maltija: Skopri l-platti uniċi u ħelwin manna li jiddefinixxu l-kċina Maltija, minn ravjul tradizzjonali u torti lokali għal majjal il-forn, u pasti delizzjużi fosthom il-qagħaq tal-għasel, kannoli u imqaret.
  2. Dimostrazzjonijiet tat-Tisjir: Il-kelliem mistieden magħruf Renato Briffa se jorganizza dimostrazzjonijiet tat-tisjir, li jipprovdu għarfien dwar il-preparazzjoni tal-kwareżimal, il-Vallettani, il-Biskuttini tar-Raħal u qassatat ħelu, bl-użu ta’ ingredjenti friski lokali.
  3. Dewqin tal-Ikel u Xorb: Duq prodotti artiġjanali Maltiin fosthom il-birra, l-inbid, il-ġobon, żjut taż-żebbuġa, qubbajt, chutneys u aktar fil-Bitħa tal-Valletta Design Cluster, fil-Ġnien ta’ fuq il-Bejt u fi Triq San Karlu.
  4. Artiġjani u Snajja Lokali: Esplora l-artiġjani lokali, billi toffri oġġetti u prodotti magħmulin bl-idejn li jirrappreżentaw il-wirt kulturali għani tal-Belt Valletta fosthom xemgħat, arti u ġammijiet, tapenades u aktar.
  5. Divertiment Live: Gawdu minn mużika live u dimonstrazzjonijiet matul il-festival fejn ser tinħloq atmosfera vibranti u rilassanti għal dawk kollha li jattendu
  6. Atmosfera ta’ Familja: Il-Valletta Local Food Festival huwa avveniment għall-familja kollha u hija ħarġa perfetta għal dawk kollha li jħobbu l-ikel.

Immarka l-kalendarju tiegħek u xerred il-kelma – dan huwa avveniment li mhux ta’ min titlef!

Id-dħul huwa B’XEJN!

Dan l-avveniment huwa organizzat mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u appoġġjat minn Visit Malta.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Valletta Local Food Festival 2023 żur il-paġni ta’ Facebook u Instagram.

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Venue Direction:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

360° Live Tour:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

Share on Social

Related Events

A photo showing the installation of fire bowls in St George's Square Valletta
Holy Week

Il-Mixgħela tal-Ġimgħa l-Kbira

16/04/2025 - 18/04/2025
Pjazza San Ġorġ

Pjazza San Ġorġ, fil-qalba tal-Belt Valletta, tiddi matul

A photo showing people enjoying the Valletta Local Food Festival at the Upper Barrakka Gardens, surrounded by stalls filled with local produce, artisanal food, and traditional Maltese flavours.
Festival

Valletta Local Food Festival

04/07/2025 - 06/07/2025
Il-Barrakka ta’ Fuq, Il-Belt Valletta

Issa fir-raba’ edizzjoni tiegħu, il-Valletta Local Food Festival