Raging Bull huwa film bijografiku Amerikan li jitratta drama sportiva tal-1980 taħt id-direzzjoni ta’ Martin Scorsese, prodott minn Robert Chartoff u Irwin Winkler u adattat minn Paul Schrader u Mardik Martin bbażat fuq il-memoir tal-1970 ta’ Jake LaMotta Raging Bull: My Story. Il-film, bis-sehem ta’ Robert De Niro bħala Jake LaMotta, boxer tal-piż medju Taljan-Amerikan li r-rabja, l-għira u l-aptit bestjali awtodistruttivi u ossessivi tiegħu qerdu r-relazzjoni tiegħu ma’ martu u l-familja tiegħu.
Tnejn Għat-Talkies hija sensiela ta’ wiri ta’ films li juru films klassiċi u memorabbli fil-qalba tal-Kapitali. Il-wiri jsir kull ħmistax, nhar ta’ Tnejn, f’The Embassy Cinemas Valletta.
Dan l-avveniment huwa organizzat mill-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta, bħala parti mill-programm tagħha Strada Stretta.