Ingħaqad magħna għat-tieni edizzjoni ta’ Tinkering Day, attività ispirata mill-Moviment globali Maker. Dan l-avveniment eċċitanti jiċċelebra l-għerf u l-passjoni ta’ inventuri lokali ta’ kull età u dawk li joħolqu oġġetti bl-idejn. Skopri kreazzjonijiet inkredibbli minn artisti li jħalltu s-sengħa tradizzjonali Maltija mal-innovazzjoni moderna, u involvi ruħek f’workshops interattivi, attivitajiet prattiċi, u taħditiet ta’ ispirazzjoni li juru l-kreattività fil-komunità tagħna.
Tista wkoll tingħaqad mat-tim tagħna ta’ voluntiera fir-Repair Café, fejn tista’ taqsam il-ħiliet tiegħek, tispira lil ħaddieħor, u tgħin biex iżżomm l-avveniment ħaj!
Qegħdin infittxu persuni prattiċi, li jsolvu l-problemi, u li jgħinu biex l-oġġetti miksura jerġgħu jieħdu l-ħajja. Bħala voluntier waqt Tinkering Day, int ser taħdem flimkien ma’ dawk li jfasslu l-istess ħsieb, tiggwida lill-parteċipanti f’tekniki ta’ tiswija, u tikkontribwixxi għal komunità li tgħożż is-sostenibbiltà u s-sengħa.
Irreġistra llum u kun parti minn xi ħaġa tassew hands-on!
L-applikazzjonijiet jagħlqu fl-24 ta’ Marzu.