Tikka Banda twaqqfet fl-aħħar tal-2013, oriġinarjament banda b’6 membri li joffri togħma mill-Festa tradizzjonali Maltija matul is-sena kollha, imma ovvjament b’laqta moderna. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, Tikka Banda kibret u kompliet tiżviluppa r-repertorju tagħha sakemm saret il-banda li nafu llum. Banda unika u moderna bi 12-il membru li jdoqqu f’gigs, f’tiġijiet u anki f’funzjonijiet korporattivi. Fl-2018, Tikka Banda kellha wkoll l-opportunità li tipparteċipa fil-ftuħ uffiċjali tal-Valletta 2018, il-Kapitali Ewropea tal-Kultura ta’ dik is-sena.
Dan l-aveniment, li ser iseħħ bejn is-6pm u s-7,30pm, huwa parti mill-Programm Milied fil-Belt tal-Aġenzija Kultuarli għall-Belt Valletta, li ser iseħħ bejn it-22 ta’ Novembru u l-24 ta’ Diċembru fil-pjazez prinċipali, postijiet strateġiċi u t-toroq pittoreski tal-Belt Valletta. Id-dwal tal-Milied u d-dekorazzjonijiet jistgħu jitgawdew sal-ewwel ġimgħa ta’ Jannar.
Żur [il-paġna ta’ Facebook](https://www.facebook.com/vallettaculturalagency) tal-Aġenzija għall-aktar dettalji.