‘The Bus Stop’ ta’ Daria Troitskaia, li hija parti mill-wirja ta’ sena TNAX, se tkun esebita għal xahar bejn l-1 ta’ Frar u l-1 ta’ Marzu.
Dan ir-ritratt kien meħud b’xorti. Il-fotografu tirrakkonta li dejjem iddispjaċiha li qatt ma kien irnexxielha tesperjenza il-karozzi tal-linja Maltin qodma imma darba inzertat waħda li kienet sejra lejn iż-żona fejn kienet toqgħod. Fir-ritratt irnexxielha tinkwadra l-parti l-ġdida tal-Belt Valletta mill-karozza tal-linja l-antika.
Il-kuratur tal-esibizzjoni, Therese Debono, tuża l-fotografija dokumentarja biex tieħu ritratt ta’ postijiet fil-periklu, interjuri lokali, u ritratti mill-ħajja ta’ kuljum biex tesplora u tinterpreta l-ħajja. Il-proġetti personali tagħha jinkludu Maltese Interiors, Brides on Beds, Class of ‘93 u Portraits of Youth. Dan tal-aħħar huwa proġett ġdid li bdiet taħdem fuqu permezz tal-esperjenza tagħha ma ’studenti bħala lekċerer tal-fotografija.
Daria Troitskaia tispeċċjalizza f’portraits u ritratti ta’ residenti f’Malta. Imwielda f’San Pietruburgu, imrobbija fi Vjenna, u issa tgħix Malta, hija ispirata mill-istejjer u l-kuntest intriganti fir-ritratti tagħha.
TNAX huwa maħluq u prodott mill-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.