Ingħaqad magħna nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru f’97 Notes, fi Strada Stretta, għal vjaġġ elettrifikanti f’wieħed mill-akbar ġeneri mużikali – it-tielet edizzjoni ta’ Strait to the Blues! Mix-xogħol tal-kitarra tad-Delta u ċ-Chicago Blues, sal-ħsejjes senswali tat-Texas Blues u l-Blues-Rock, dan l-ispettaklu se jidħol fl-oqsma kollha tal-Blues, fi prestazzjoni liema bħala.
Il-prestazzjoni se tkun immexxija mit-trio venerabbli tal-blues Vinyl Paradise (Ben Bailey, Antoine Tonna, Patrick Camilleri), li huma magħrufa għal avvenimenti enerġetiċi li permez tagħhom kisbu reputazzjoni bħala forza mużikali kważi bla waqfien. Jingħaqdu magħhom matul il-lejl, it-talenti ta’ Ian Siegal, Rob Chapman, Antoine Faure, Yorika Attard, Sean Kamati, Amelia, u Dario Genovese, li l-influwenzi mużikali tagħhom ikopru mill-oriġini l-aktar profondi tal-blues sal-istilel li evolvew u għollew il-ġeneru.
Għas-segwaċi ta’ Freddie King, B.B. King, Albert King, Stevie Ray Vaughan, Jimmy Vaughan, Muddy Waters, Cream, Jimi Hendrix, Aretha Franklin, Robert Cray, John Mayer, u – ovvjament – Vinyl Paradise, din il-prestazzjoni hi waħda li mhux ta’ min jitlef.
STRAIT TO THE BLUES 3, ser jittella’ f’97 Notes fi Strada Stretta, il-Belt Valletta, nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru fit-8:30pm, bħala parti mill-programm STRADA STRETTA tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (VCA). Id-dħul huwa bla ħlas.