Stejjer Stretti Jirxoxtaw, li tifforma parti mill-programm ta’ The Strada Stretta Concept taħt id-direzzjoni artistika ta’ Giuseppe Schembri Bonaci, se tkun qed issir fit-18 ta’ Novembru 2021. Il-prestazzjoni tibda fit-8:00pm u se tkun qed issir f’The Splendid fi Strada Stretta, il-Belt Valletta.
Stejjer Stretti Jirxoxtaw se tinkludi l-parteċipazzjoni ta’ grupp magħruf ta’ għannejja li jikkonsistu minn Joe Grech ‘tar-Raħal Ġdid’, Anġlu Theuma ‘il-Kina’, Mikiel Cumbo, magħruf bħala ‘L-Iżgej’, kif ukoll il-kitarristi Johnny Saliba ta’ Birżebbuġa u Frans Casha. Il-grupp huwa kkoordinat mill-organizzatur u mill-istage manager Noel D’Amato. Il-mużika folkloristika se tipprovdi ħarsa lejn il-personalitajiet ta’ Marija s-Sewda, il-qassis Nazju Falzon, Corsair Lorenzi, u Caterina Vitale, fost ismijiet u okkorrenzi magħrufa oħrajn assoċjati ma’ Strada Stretta, bħall-ġlieda ta’ Caravaggio u l-qtil taċ-ċkejken Twanny.
Id-dħul huwa b’xejn, iżda huwa importanti li tibbukkja. Biex tibbukkja post ibgħat email fuq info@vca.gov.mt jew ċempel fuq +356 2124 2018. Minħabba s-sitwazzjoni preżenti, dawk kollha li jattendu għandhom ikunu kompletament imlaqqma, iridu jilbsu maskra u jżommu d-distanza soċjali matul il-preżentazzjoni kollha. Iċ-ċertifikati tal-vaċċin se jiġu skenjati mad-dħul. Għal aktar informazzjoni fuq l-avvenimenti idħol fuq il-paġni ta’ Facebook ta’ The Strada Stretta Concept u tal-Valletta Cultural Agency.