start date December 31, 2022
map icon Il- Belt Valletta

NYE fil-Belt Valletta

31/12/2022
Pjazza San Ġorġ ,Il- Belt Valletta

NYE fil-Belt Valletta

A photo showing the line-up of performers for the Nationa NYE celebrations 2023

Wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija, din is-sena se jkunu qed jirritornaw fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, iċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena.

Il-lejla se tibda b’mużika minn Kurt Calleja and Band, segwit mill-mistiedna speċjali The Brass House Unit taħt it-tmexxija ta’ Kevin Abela, u minn diversi kantanti lokali stabbiliti fosthom Aidan Drakard, Amanda Marie, Brooke, Gloriana Arpa Belli, Jasmine, Kevin Paul Calleja, Ludwig Galea, Owen Luellen, Ozzy Lino, Pawlu Borg Bonaci u Tiziana Calleja.

Eżatt qabel il-countdown, The Brass House Unit se jingħaqdu flimkien mad-DJ lokali  Debrii, sabiex iħejju l-folla miġbura fil-Belt Valletta kif ukoll lil dawk li se jkunu qed isegwu t-trasmissjoni diretta taċ-ċelebrazzjonijiet fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali minn ġewwa djarhom, għas-sena l-ġdida. Se jkun hemm ukoll logħob tan-nar sabiex tingħata merħba mill-isbaħ lis-sena l-ġdida. Iċ-ċelebrazzjonijiet jagħlqu b’set ta’ DJ Drey.

Ron, Taryn Mamo Cefai, Claire Agius Ordway u Clint Bajada se jkunu qed jippreżentaw din is-serata.

Iċ-ċelebrazzjonijiet Nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena huma organizzati minn G7 bi Ftehim ta’ Sħubija għall-Avvenimenti u Inizjattivi fuq Skala Kbira mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali l-Arti u l-Gvern Lokali.

 

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Share on Social

Related Events

An image showing one of the stands during Tinkering Days
Creativity

Tinkering Day

10/05/2025
Valletta Design Cluster

Ingħaqad magħna għat-tieni edizzjoni ta' Tinkering Day, attività

An image showing a guitar among architecture
Architecture

Music and Architecture by James Dingli and Mark Cauchi

21/11/2025
Valletta Design Cluster

James Dingli u Mark Cauchi jesploraw il-konnessjonijiet bejn

An image showing
Design

Building Sustainable Homes Part 2

26/07/2025
Valletta Design Cluster

Il-periti James Dingli u Mark Cauchi se jiddiskutu