Imtella’ grazzi għall-kollaborazzjoni bejn I+A (Malta) u Signal Alpha (Iċ-Ċina), Ma’ Nżul ix-Xemx tiggwida lil dawk li jżuruha fi vjaġġ ta’ similaritajiet sensorjali bejn iż-żewġt ibliet li, mal-ewwel daqqa t’għajn jidhru li huma totalment differenti minn xulxin.
Din il-wirja li qed titella’ fis-sotterran tal-Knsija ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta (dħul minn Triq iż-Żekka), u hija miftuħa mit-23 ta’ Settembru sat-2 ta’ Ottubru, bejn il-11am u l-10pm. Laqgħat mal-artisti qed jiġu organizzati fl-1 u fit-2 ta’ Ottubru fis-7pm u matulhom l-artisti jiggwidaw lill-viżitaturi filwaqt li jagħtu spjegazzjoni tal-kunċett wara x-xogħlijiet artistiċi
L-erba’ xogħlijiet tal-arti individwali joħolqu verżjonijiet dekostruttivi ta’ dawn iż-żewġt ibliet kapitali.
Dawn l-4 xogħlijiet tal-arti huma:
City Steps
Installazzjoni awdjoviżiva li timmira li tippreżenta sinjali awdjoviżivi distinti mill-BeltValletta u Beijing.
Cityscape
Installazzjoni artistika li tibni fuq City Steps billi tieħu s-sinjali awdjoviżivi billi toħloq esperjenza sensorjali li tgħaqqad lill-Belt Valletta u Beijing f’xenarju ta’ belt waħda.
Memory Chamber
Il-Memory Chamber se tgħaqqad lill-viżitaturi ma’ oġġetti inanimati li jirrappreżentaw lill-ibliet kapitali ta’ Malta u ċ-Ċina.
Sunset Field
Spazju kontemplattiv fejn żewġ inżul tax-xemx li jippreżentaw ix-xemx fil-Belt Valletta u nżul ix-xemx fil-Belt ta’ Beijing se jirreaġixxu.
*L-animazzjonijiet jinkludu l-użu ta’ dwal LED u effetti oħra. *