start date February 27, 2021
map icon Il-Belt Valletta

Le Pauvre Matelot in Strada Stretta

27/02/2021
Splendid,Il-Belt Valletta

Le Pauvre Matelot in Strada Stretta

Permezz ta’ Arcal Lyrique, il-fundatur u direttur Christian Gangneron joħloq proġetti speċifikament iddisinjati għal spazji mhux tradizzjonali, u b’hekk jinteraġixxu mal-udjenza lil hinn mill-ostakli implikati mill-palk.

Maħluq oriġinarjament minn Darius Milhaud (1892-1974) bil-librett miktub minn Jean Cocteau (1889-1963), l-opra tinkludi tliet atti u tiżvolġi f’sekwenza drammatika ta’ avvenimenti. Din ir-rappreżentazzjoni ta’ Le Pauvre Matelot minn Arcal Lyrique qed titella’ f’Malta għat-tieni darba , bl-ewwel rappreżentazzjoni saret f’Marzu 2009 bħala parti mill-BOV Opera Festival, li sar fil-foyer tat-Teatru Manoel. Din ir-rappreżentazzjoni mhix immirata biss għal dawk li jħobbu l-opra, peress li tieħu lil Strada Stretta bħala spazju mhux tradizzjonali, fejn ser titella’ verżjoni dinamika u kontemporanja ta’ din l-opra klassika.

Id-dħul għal dan l-avveniment huwa b’xejn, madankollu ġentilment mitlubin tibgħatu messaġġ privat fuq il-paġna ta’ Facebook The Strada Stretta Concept, jew tibgħat email lil hannah.dowling@vca.gov.mt, biex tirriserva postok. Minħabba s-sitwazzjoni preżenti, il-postijiet huma limitati ħafna, u dawk kollha li jattendu għandhom jilbsu maskra matul il-prestazzjoni. L-avveniment se jkollu wkoll live streaming. Aktar informazzjoni dwar l-avveniment tinsab fuq il-paġni ta’ The Strada Stretta Concept u tal-Valletta Cultural Agency fuq Facebook.

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Venue Direction:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

Share on Social

Related Events

An image showing singers during the concert Ilħna li Jibqgħu: Klassiċi Maltin
Music

Ilħna li Jibqgħu: Klassiċi Maltin

18/05/2025
Dar il-Mediterran għall-Konferenzi , Valletta

Esperjenza l-kanzunetti klassiċi Maltin li se jingħataw laqta

A scene from TISBIT, a dynamic percussion concert by The Clef House students, featuring a mix of percussionists, a rhythm section, and guest singers, under the direction of Michael Camilleri at Teatru Manoel.
Music

Tisbit

06/06/2025

Esperjenza r-ritmi innovattivi ta' TISBIT, kunċert dinamiku tal-perkussjoni

Tenors Alan Sciberras and Cliff Zammit Stevens perform opera at St George’s Square during Opera in the Capital.
Music

Opera in the Capital

06/09/2025
Pjazza San Ġorġ, Valletta

Opera in the Capital għal darb’oħra jwiegħed prestazzjoni