Bħala parti mill-ġimgħa tal-għeluq għall-wirja tal-arti viżwali kontemporanja fuse, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, b’kollaborazzjoni mal-Valletta Design Cluster, qed torganizza serje ta’ avvenimenti u attivitajiet relatati mad-diversi aspetti ta’ dan il-proġett.
Waqt il-ġimgħa tal-għeluq tal-esibizzjoni bejn l-10 u s-16 ta’ Lulju fil-Valletta Design Cluster se jkunu qed isiru numru ta’ avvenimenti, li jinkludu tnedija ta’ ktieb, taħditiet bejn l-artist u l-kuratur, żjarat flimkien mal-kuratriċi, preżentazzjonijiet u wirjiet.
fuse huwa proġett kollaborattiv tal-arti viżwali u r-riċerka b’reazzjoni għall-komunitajiet u l-kuntesti ta’ madwar il-binja tal-Biċċerija l-Antika fil-Belt Valletta.
Din l-esibizzjoni, li tinkludi tmien installazzjonijiet pubbliċi tal-arti barra l-binja tal-Valletta Design Cluster li ghada kemm infetħet, tiċċelebra tradizzjonijiet, identitajiet u stejjer tan-nies li għexu fil-Biċċerija l-Qadima – bini b’aktar minn 400 sena ta’ storja.
Il-proċess bi tħejjija għall-esibizzjoni fuse, immexxi mill-kuratriċi ElyseTonna u t-tim tagħha fuq 18-il xahar, beda minn kunċetti teoretiċi bbażati fuq it-test iffurmati fuq stejjer kommunitarji u permezz ta’ diskussjonijiet li jirriflettu t-tematiċi assoċjati max-xogħol tagħhom.
Miftuħa sas-16 ta’ Lulju, il-wirja tittratta t-temi [tas-Simbjożi](https://www.vca.gov.mt/mt/blog/infrastructures-of-care), [ir-Ritwali](https://www.vca.gov.mt/mt/blog/aar-karmel-fuse), [il-Familjarità](https://www.vca.gov.mt/mt/blog/paatur-fuse), [is-Sinerġija](https://www.vca.gov.mt/mt/blog/seesaw), [ir-Reżiljenza](https://www.vca.gov.mt/mt/blog/inside-out-fuse), [l-Ispostament](https://www.vca.gov.mt/mt/blog/come-don’t-come-fuse), [it-Tranżazzjoni](https://www.vca.gov.mt/mt/blog/ix-xuwa) u [l-Intersezzjoni](https://www.vca.gov.mt/mt/blog/refraction).
Tmien artisti u kollettivi qed jesibixxu x-xogħlijiet tagħhom fosthom Aaron Bezzina, Victor Agius, Tom van Malderen, Laura Besancon, Noah Fabri, Fatima AM u Chakib Zidi, Test Catalog u Andrea Zerafa, Samuel Ciantar, Giola Cassar u Aprille Zammit.
**Programm tal-avvenimenti**
AVVENIMENTI TA’ DARBA
L-10 ta’ Lulju, 6pm; il-11 ta’ Lulju, 6pm; is-16 ta’ Lulju, 6pm
**fuse: viżti mal-kuratriċi**
Punt tal-Laqgħa: Id-Daħla tal-Valletta Design Cluster, Bull Street (bir-reġistrazzjoni)
Il-11 ta’ Lulju, **SPOSTAMENT/ “Come Don’t Come”: Preżentazzjoni/Stedina għall-Parteċipazzjoni;** 5-8pm
Post: Triq San Kristofru (L-ebda reġistrazzjoni meħtieġa)
It-12 ta’ Lulju, **Tnedija tal-Ktieb**: 7pm
Post: Il-Kamra tal-Konferenzi tal-Valletta Design tal-Valletta Design Cluster (bi stedina biss)
It-13 ta’ Lulju, **X’inhu fuse? Preżentazzjoni u Q&A**; 7pm
Post: Il-Kamra tal-Konferenzi tal-Valletta Design Cluster (bir-reġistrazzjoni)
L-14 ta’ Lulju, **RITWAL U TRANŻAZZJONI**; 7pm
Post: Il-Kamra tal-Konferenzi tal-Valletta Design (bir-reġistrazzjoni)
Il-15 ta’ Lulju, **SPOSTAMENT U SIMBJOŻI**; 7pm
Post: Il-Kamra tal-Konferenzi tal-Valletta Design (bir-reġistrazzjoni)
Is-16 ta’ Lulju, **SINERĠIJA U REŻILJENZA**; 7.30pm
Post: Il-Kamra tal-Konferenzi tal-Valletta Design (bir-reġistrazzjoni)
AVVENIMENTI LI JIBQGHU GĦADDEJJIN
L-10 sas-16 ta’ Lulju, 8am – 6pm
Wirjiet ta’ **“Come Don’t Come”**, preżentazzjoni minn Tom van Malderen
Post: Il-Bitħa tal-Valletta Design Cluster (l-ebda reġistrazzjoni meħtieġa)
**Wirjiet ta’ Il-Paġġatur**, preżentazzjoni minn Chakib Zidi, Noah Fabri u Fatima AM
Post: Id-daħla tal-Valletta Design Cluster (l-ebda reġistrazzjoni meħtieġa)
L-10 sal-11 ta’ Lulju, 10am – 8pm, kull siegħa
**Wirja ta’ “Inside-Out”**, trażmissjoni awdjoviżiva minn Samuel Ciantar b’kollaborazzjoni ma’ Jamie Barbara u Jacob Saliba
Post: Triq San Duminku (l-ebda reġistrazzjoni meħtieġa)
**Seesaw**, minn Aaron Bezzina, topera awtomatikament kull siegħa
Post: Triq l-Ajkla (l-ebda reġistrazzjoni meħtieġa)