Il-flawtista Fiorella Camilleri u l-Arpista Jacob Portelli se jagħtu prestazzjoni ta’ mużika tradizzjonali u moderna tal-Milied kif ukoll siltiet pop ideali għal dawn iż-żminijiet.
Dan l-aveniment ser jittella’ f’Pjazza l-assedju l-Kbir u huwa parti mill-Programm Milied fil-Belt tal-Aġenzija Kultuarli għall-Belt Valletta, li ser iseħħ bejn it-8 u l-24 ta’ Diċembru fil-pjazez prinċipali, postijiet strateġiċi u t-toroq pittoreski tal-Belt Valletta. Id-dwal tal-Milied u d-dekorazzjonijiet jistgħu jitgawdew mill-20 ta’ Novembru sal-ewwel ġimgħa ta’ Jannar.
Minħabba l-miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ kontra l-COVID-19, int ġentilment mitlub tibgħat email fuq info@vca.gov.mt biex tirriserva postok f’din l-attività. Il-postijiet huma limitati. Il-biljetti huma bla ħlas.
Żur [il-paġna ta’ Facebook](https://www.facebook.com/vallettaculturalagency) jew il-websajt tal-aġenzija (www.vca.gov.mt) għall-programm sħiħ.