Is-serje Fifty Six Design Talks dan ix-xahar ser tintroduċina għad-dinja attraenti tal-Game Design.
Gabriel Bonello se jkun qed jidħol fid-dettal dwar id-disinn tal-logħob diġitali filwaqt li se jkun hemm intervent minn Fleur u Chelsea Sciortino rappreżentanti tal-istudio tad-disinn The Wanderer’s Tome, rebbieħ ta’ diversi premjijiet fil-qasam.
Il-postijiet huma limitati… irreġistra llum!
Ingħaqad magħna fil-qalba tad-disinn kontemporanju għal Fifty Six Design Talks, serje ta’ taħditiet ta’ kull xahar imtellgħajn minn The Golden Glitch u l-Valletta Design Cluster. Is-serje Fifty Six Design Talks tiġbor flimkien disinjaturi, dawk li jagħmlu xogħol bl-idejn, artisti u innovaturi biex jesploraw u jiddiskutu prattiki tad-disinn kontemporanju.
Kull avveniment fih żewġ preżentazzjonijiet dinamiċi ta’ 14-il minuta u sessjonijiet ta’ mistoqsijiet u risposti, li jipprovdu ħarsa konċiża ta’ 56 minuta lejn prattiki tad-disinn avvanzati. Mid-disinn tal-ħoss sal-moda, mid-disinn tal-logħob għat-teknoloġiji mill-aktar avvanzati, fost ħafna aktar, dawn is-sessjonijiet iqanqlu diskussjonijiet vibranti u opportunitajiet ta’ networking.