Strait Str. 2 the Blues (The Rainbow Edition) huwa t-tieni avveniment tal-extravaganza tal-Blues li qed tiġi organizzata bħala parti mill-Programm Strada Stretta tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. L-attività se ssir fil-bitħa impressjonanti fl-istabbiliment MAE WEST fi Strada Stretta nhar l-Erbgħa 13 ta’ Settembru, u tibda fit-8:30pm. B’band ta’ ħames persuni mmexxija mit-trio Vinyl Paradise (Ben Bailey, Patrick Camilleri u Antoine Tonna), flimkien mal-kitarrist bravu Wayne Camilleri u Mark Kram fuq il-keyboards, il-prestazzjoni se tinkludi lill-mistiedna Mikaela Attard, Matthew James Borg, Frank Calleja, Brooke, Stefan Xuereb u Dario Genovese.
Dan huwa spettaklu li dawk kollha li jħobbu l-Blues mhux ta’ min jitilfu, b’numru ta’ siltiet oriġinali mill-ġeneri Delta Blues, Texas Blues, British Blues u siltiet tal-blues ‘crossover’. Id-dħul huwa b’xejn u d-divertiment garantit. L-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Strait Str. 2 the Blues hija wkoll ‘the Rainbow Edition’, peress li ser titella fl-istess ħin mal-Euro Pride 2023 fil-Belt Valletta.