Il-Programm tal-Milied tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta jitella’ bejn il-25 ta’ Novembru u l-31 ta’ Diċembru fil-pjazez ewlenin u t-toroq pittoreski tal-Belt Valletta filwaqt li d-dawl tal-Milied u d-dekorazzjonijiet jistgħu jkomplu jitgawdew anke matul l-ewwel ġimgħa ta’ Jannar. Is-Siġra tal-Milied ħdejn il-bini tal-Parlament kif ukoll il-Presepju li jirrakkonta t-twelid ta’ Kristu u d-diversi attivitajiet li jittellgħu għall-familji, jdaħħlu lil kulħadd fl-ispirtu.
Iċ-Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena fil-Belt Valletta mbagħad jipprovdu spettaklu li jinkludi wirja speċjali ta’ logħob tan-nar fil-Port il-Kbir.