Skopri Decadence, Now. – wirja ta’ xogħlijiet tal-arti, mużika u oġġetti oħra mid-Decadence Movement – moviment artistiku u letterarju ta’ tmien is-seklu 19. Il-wirja għandha kurazzjoni ta’ Andrew Borg Wirth u qed titella’ bis-sehem ta’ wieħed mill-aktar artisti tal-moda ta’ Malta Luke Azzopardi flimkien ma’ Michael Zerafa, Maria Theuma u Andrew Borg Wirth innifsu.
Id-dħul huwa bla ħlas.
Il-wirja titella’ f’Palazzo De La Salle, il-Belt Valletta mill-11 sal-31 ta’ Mejju, bil-proġett isostni, fil-biċċa l-kbira tiegħu, li l-istudju kritiku tal-arti u l-letteratura f’dan is-seklu m’għandux ikun limitat mal-assoċjazzjoni tradizzjonali tiegħu. Għalkemm dan is-suġġet jiddomina n-nisġa tematika ta’ dak il-perjodu, kif ukoll l-influwenza dejjiema tiegħu fuq il-kultura tas-seklu għoxrin, huwa jkompli jqanqal mewġa ġdida sħiħa kontemporanja fil-kultura viżiva. ‘Decadence, Now.’ targumenta li dan il-perjodu huwa aktar minn moviment jew kompendju ta’ temi trasgressivi u xbihat li bihom normalment tiġi identifikata.