Iltaqa’ mal-artist Darren Tanti u l-kuratriċi Melanie Erixon u idħol f-d dettal tax-xogħol esebit f’Apotheosis, nhar is-Sibt 6 ta’ Jannar fl-10am.
Skopri d-dinja attraenti tal-espressjoni artistika fil-wirja tal-arti tagħna Apotheosis, fejn il-kreattività tifjorixxi u l-immaġinazzjoni ma tafx limiti.
Apotheosis hija miftuħa kuljum mit-2 ta’ Diċembru sad-9 ta’ Jannar, bejn id-9am u l-4pm ħlief fl-24 u l-31 ta’ Diċembru meta tkun miftuħa mid-9am sas-1pm.
Apotheosis huwa terminu li jirrappreżenta d-divinizzazzjoni ta’ bniedem. Fil-mitoloġija Griega tal-qedem, eroj bħal Hercules, qabżu n-natura umana tagħhom u kisbu status divin fost l-allat. Fil-fidi Kattolika, aħna l-bnedmin msejħin ukoll biex niksbu dan l-istat glorjuż biex wara l-ħajja tagħna fid-dinja, ngħaddu għal ħajja ta’ dejjem. L-artisti ippruvaw jimmaġinaw din id-dehra billi juru qaddisin li jkunu elevati għas-Smewwiet, mogħtija l-glorja, imdawrin bl-anġli, profeti, u qaddisin oħra, waqt li jkunu mgħarrqa f’dawl dehbi imdawrin minn volumi ta’ sħab abjad.
F’dan il-proġett, Darren Tanti qed jerġa’ jindirizza din it-tema permezz ta’ perspettiva kontemporanja. Bl-użu ta’ taħlita ta’ forom ta’ arti u lingwi estetiċi tradizzjonali, l-artist jippreżenta xogħol li jindirizza l-istat attwali tal-umanità u s-sejħa aħħarija tagħha; il-qdusija. Kif turi biċ-ċar l-istorja, il-vjaġġ lejn l-apoteosi huwa mifni b’kull xorta ta’ ostakli; xi wħud minnhom mhux mistennija filwaqt li oħrajn inġibuhom fuqna nfusna. L-isfruttament tar-riżorsi tad-dinja, d-distribuzzjoni inugwali tal-ġid madwar id-dinja, il-gwerra, il-ġuħ u l-abbuż tal-poter huma fost il-kawżi li jxekklu l-vjaġġ tagħna lejn is-serenità aħħarija.
B’mod metaforiku u simboliku, l-artist, jindirizza tali temi fi ħdan il-kuntest sagru tal-Kumpless tal-knisja tal-Ġiżwiti. Filwaqt li jirrispetta n-natura sagra tal-post, l-artist jitlob lill-udjenza biex tirrifletti fuq in-natura umana, u timmedita fuq il-prospetti li nsegwu l-aspirazzjoni li aħna lkoll msejħin għaliha – li nsiru qaddisa. Idħol fil-konversazzjonijiet li jseħħu, filwaqt li tifhem aktar l-arti li tkun qed tara u esperjenza konnessjonijiet fej dak li tkun qed tra b’għajnejk ikollu livell ħafna aktar profond minn dak ta’ sempliċiment spettatur.
Kemm jekk int dilettant tal-arti jew ġdid f’dan ir-rigward, din il-wirja twiegħed esperjenza profonda lil kulħadd. Ingħaqad magħna hekk kif niċċelebraw il-qawwa tal-arti li taqbeż il-fruntieri.
Aqra aktar dwar Apotheosis hawn