Il-Programm tal-Milied tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta jitellà bejn it-8 u l-24 ta’ Diċembru fil-pjazez ewlenin, postijiet strateġiċi u t-toroq pittoreski tal-Belt filwaqt li d-dawl tal-Milied u d-dekorazzjonijiet jistgħu jkomplu jitgawdew anke matul l-ewwel ġimgħa ta’ Jannar.
![text](/uploads/de2f5bb771be4a2799b92a5fcdaacf0c.pdf)
Ħu ritratt mas-Siġra tal-Milied u l-Presepju ħdejn il-Bini tal-Parlament jew ix-xena tan-nattività fi Pjazza San Ġorġ li hija x-xogħol tal-artista Lisa M. Kaehler. Ix-xogħol artistiku tar-rappreżentazzjoni ta’ din is-sena tax-xena tan-nattività, tirrakkonta t-twelid ta’ Kristu f’sekwenza kontinwa. Karattri varji, ispirati minn figuri tradizzjonali tal-presepju, jidhru fuq il-ħames panelli hekk kif huma jinġabru biex jagħtu marħba lil Ġesu Bambin fostna. L-istil tax-xogħol artistiku diġitali juri tpinġijiet grafiċi b’saħħithom u delikati fl-istess ħin u li huma kważi newtralizzati mid-disinji spontanji bl-id li jikkaratteriżżaw tpinġijiet bil-henna u li jżejnu din ix-xena.
L-assistenti ta’ Santa Klaws, li ser ikunu qed jimxu fuq l-istrippi, ser ikunu qed iduru t-toroq fejn se jkunu qed jirċievu l-ittri tat-tfal u jwassluhom lil Santa Klaws. Peress li twal ħafna, xogħolhom huwa li jaqraw l-ittri t-twal li jibagħtu t-tfal lil Santa Klaws, li mbagħad jippremja lit-tfal il-bravi. L-assistenti ta’ Santa Klaws ser ikunu l-Belt Valletta it-Tlieta 8 ta’ Diċembru bejn l-4 u s-7pm, l-Erbgħa 16 ta’ Diċembru bejn il-5 u t-8pm, s-Sibt 19 ta’ Diċembru bejn il-11am u s-2pm, u l-Erbgħa 23 ta’ Diċembru bejn l-4 u s-7pm.
Żur [il-paġna ta’ Facebook](https://www.facebook.com/vallettaculturalagency) jew il-websajt tal-aġenzija (www.vca.gov.mt) għall-programm sħiħ.