Il-Belt Valletta timtela bl-ispirtu festiv hekk kif il-Ħadd 24 ta’ Novembru jibda Christmas in the Capital 2024 b’attivitajiet speċjali li jinkludu mixgħela ta’ dwal fit-toroq prinċipali.
Ingħaqad magħna mill-5:30pm ‘l quddiem ħdejn il-Parlament fi Pjazza l-Ħelsien hekk kif l-artist Malti Klinsmann Coleiro jiftaħ il-festi bi prestazzjoni mużikali vivaċi. Fis-6:00pm, il-Belt se tkun imdawla b’aktar minn 600 metru ta’ dwal matul Triq ir-Repubblika, Triq il-Merkanti, u Triq in-Nofsinhar. Siġra tal-Milied mill-isbaħ ta’ 21 metru mżejna b’persjani tradizzjonali local, se tkun mixgħula fi Pjazza Ħelsien.
Wieħed jista jżur ukoll wirja tradizzjonali ta’ presepji imtella’ mill-Għaqda Madonna tal-Karmnu maġenb il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Din il-wirja mill-isbaħ li tiċċelebra l-ispirtu vera tal-Milied hija miftuħa għall-wiri mill-25 ta’ Novembru sat-8 ta’ Jannar.
Dan il-mument maġiku jimmarka l-bidu ta’ ċelebrazzjoni ta’ xahar li tinkludi diversi prestazzjonijiet artistiċi, divertiment fit-toroq, u installazzjonijiet uniċi tal-Milied.
Varjetà ta’ Avvenimenti fi Tmiem il-Ġimgħa
Matul l-istaġun kollu, it-toroq tal-Belt Valletta se jieħdu l-ħajja. Fit-30 ta’ Novembru u fl-1 ta’ Diċembru, il-Belt se tittrasforma f‘palk fil-miftuħ b’artisti tat-triq, buskers, u diversi wirjiet spontanji minn mużiċisti, żeffiena, u permezz ta’ atti taċ-ċirku li se joħolqu atmosfera vivaċi.
Fis-7 u t-8 ta’ Diċembru, żur il-Villaġġ tal-Milied Artiġjanali fi Triq il-Merkanti, organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Skopri diversi oġġetti magħmulin bl-idejn u ixtri r-rigali oriġinali tiegħak.
Prestazzjonijiet Speċjali għall-Familja
Il-Valletta Design Cluster se jospita workshop għat-tfal fl-14 ta’ Diċembru, fejn iċ-ċkejknin jistgħu joħolqu l-kreazzjonijiet tagħhom ta’ slime bit-tema tal-Milied biex jieħduhom magħhom id-dar. Dak l-istess tmiem il-ġimgħa, diversi mascots ser ikunu qed iduru mat-toroq tal-Belt biex iferrħu lit-tfal u lill-adulti.
Matul l-istaġun tal-Milied huma skedati wirjiet mużikali, minn diversi personaġġi magħrufa fosthom Chiara Siracusa, Franklin Calleja, Janvil, u l-Kor Centrestage. L-avvenimenti ewlenin jinkludu l-Purċissjoni tradizzjonali ta’ Ġesù Bambin fl-20 ta’ Diċembru, b’kant mill-kor Cappella Musicale Caeciliana fuq it-taraġ tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann u flash mob minn Dancel Dance Studio fit-22 ta’ Diċembru.
Il-festi jilħqu l-qofol tagħhom biċ-Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali tal-Lejlet l-Ewwel tas-Sena fi Pjazza San Ġorġ fil-31 ta’ Diċembru.
Ingħaqad magħna fil-Belt Valletta dan l-istaġun tal-Milied – iċċelebra t-tradizzjoni, il-mużika, u sens ta’ komunità f’ambjent maġiku!