Banda ta’ erba’ persuni, li tinkludi lil Franco Micallef fuq il-pjanu, Joseph Vella fuq il-bass, Anthony Muscat fuq id-drum kit u Ray Zammit fuq is-sassofonu, flimkien ma’ Mike Spiteri u Ritienne, se jdaħħluna f’atmosfera festiva lejliet il-Milied.
Dan il-kunċert ser jitella’ f’Pjazza l-Assedju l-Kbir, fi Triq ir-Repubblika (Dħul mid-daħla tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann) mis-6.00pm sas-7.30pm.
Minħabba l-miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ kontra l-COVID-19, int ġentilment mitlub tibgħat email fuq info@vca.gov.mt biex tirriserva postok f’din l-attività. Il-postijiet huma limitati. Il-biljetti huma bla ħlas.
Dan l-aveniment huwa parti mill-Programm Milied fil-Belt tal-Aġenzija Kultuarli għall-Belt Valletta, li ser iseħħ bejn it-8 u l-24 ta’ Diċembru fil-pjazez prinċipali, postijiet strateġiċi u t-toroq pittoreski rtal-Belt Valletta. Id-dwal tal-Milied u d-dekorazzjonijiet jistgħu jitgawdew mil-20 ta’ Novembru sal-ewwel ġimgħa ta’ Jannar.
Żur [il-paġna ta’ Facebook](https://www.facebook.com/vallettaculturalagency) jew il-websajt tal-aġenzija (www.vca.gov.mt) għall-programm sħiħ.