Stejjer tal-Milied varji ser jittellgħu bil-pupazzi f’żewġ prestazzjonijiet ta’ 40 minuta minn Sean Briffa u Jeremy Vella. Iż-żewġ atturi għandhom esperjenza vasta fil-qasam u jispiraw ruħhom mix-shows tradizzjonali Ingliżi Punch and Judy, li jsiru f’kabini żgħar ikkuluriti fit-toroq tal-belt.
Dawn l-avvenimenti ser jittellgħu taħt l-Arkati ħdejn il-Librerija Nazzjonali (Bibliotheca) fi Triq it-Teżor il-Qadim.
Dan l-aveniment huwa parti mill-Programm Christmas in the City tal-Aġenzija Kultuarli għall-Belt Valletta, li jseħħ bejn it-22 ta’ Novembru u l-24 ta’ Diċembru fil-pjazez prinċipali, postijiet strateġiċi u t-toroq pittoreski tal-Belt Valletta. Id-dwal tal-Milied u d-dekorazzjonijiet jistgħu jitgawdew mil-20 ta’ Novembru sal-ewwel ġimgħa ta’ Jannar.
Il-postijiet huma limitati – Ibbukkja billi tibgħat email fuq info@vca.gov.mt b’ismek u kunjomk, in-numru tal-karta tal-identità, in-numru ta’ nies li se jattendu, in-numru tat-telefon u l-indirizz elettroniku.
Żur [il-paġna ta’ Facebook](https://www.facebook.com/vallettaculturalagency) tal-Aġenzija għall-aktar dettalji.
Regolament kontra l-firxa tal-Covid 19:
Id-dħul huwa esklussivament fuq preżentazzjoni ta’ ċertifikat validu tat-tilqim. Iċ-ċertifikati tat-tilqim jiġu verifikati permezz ta’ awtentikazzjoni mas-sistema.
It-tfal ta’ bejn il-5 u l-11-il sena jeħtieġ li jippreżentaw riżultat ta’ test rapidu negattiv magħmul fi żmien 24 siegħa jew PCR negattiv fi żmien 72 siegħa mill-bidu tal-avveniment.
Il-maskri għandhom jintlibsu matul l-avvenimenti.