Il-laqam ‘Bibi’ mhuwiex biss dak ta’ familja, iżda wieħed li jirrappreżenta wirt mużikali ta’ għexieren ta’ snin. Bibi … and Bibi Bibi … and Bibi Bibi Bibi jgħaqqad it-talenti tal-aħwa Joe u Pawlu, flimkien ma’ iben Joe, Gilbert.
It-trio se jkun qed jesegwixxi kanzunetti klassiċi bi strumenti li jvarjaw mill-perkussjoni sal-keyboard u l-armonika. Dawn is-siltiet klassiċi, li ġejjin mis-snin 50 u 60, oriġinarjament indaqqu minn missier Joe u Pawlu, li taw lill-familja l-laqam inizjali tagħha u taw bidu lill-wirt mużikali tagħhom.
Id-dħul huwa b’xejn, iżda important li ssir prenotazzjoni. Jekk jogħġbok ibbukkja post billi tikkuntattja lil info@vca.gov.mt jew iċċempel fuq +356 2124 2018. Jekk jogħġbok innota li minħabba s-sitwazzjoni attwali, dawk kollha li jattendu għandhom ikunu mlaqqma għal kollox u għandhom jilbsu maskra u jżommu d-distanza soċjali l-ħin kollu. Iċ-ċertifikati tat-tilqim jiġu skennjati mad-dħul. Aktar tagħrif dwar l-avveniment jista’ jinstab fuq il-paġni ta’ The Strada Stretta Concept u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fuq Facebook.