*Bejn Sema u Ilma* huwa ispirat mill-Port il-Kbir u l-baħar li jdawwar u jiddefinixxi l-Belt Valletta. Din il-biċċa xogħol artistika, li hija twila 40m, tuża metall u drapp b’kuluri li jimitaw l-ilwien tal-baħar li jinbidlu hekk kif il-mewġ jifforma fuq xtutna biex joħloq l-illużjoni ta’ ilma mdendel.
Bl-istess mod li l-Port il-Kbir jipproteġi l-bajja, xibka tal-metall riġida żżomm l-installazzjoni mdendla fl-arja fuq il-Belt, u tipproteġiha. Il-biċċiet twal tal-feltru li jinsabu wieqfa f’ġurnata kalma u jimxu b’mod frenetiku fir-riħ jirriflettu l-istat tal-baħar f’dak iż-żmien fil-portijiet tagħna u jagħtu ġieħ lir-rwol tar-riħ f’dan iċ-ċaqliq. Dan l-istess moviment jaħbi u jikxef id-dwal tal-ħabel ikkuluriti li jgħinu biex jiddefinixxu l-għamla tal-mewġ u jagħtu ħjiel għar-rikkezza li nsibu fil-fond tal-ibħra tagħna.
Il-VCA tirringrazzja b’mod speċjali lill-Maria-Pia, Marianne, Cedric, Salvatore and Tonya – il-membri tal-Valletta Design Cluster li taw il-ħajja lil din l-installazzjoni.