Bejn Linja u Oħra – ċelebrazzjoni tal-poeżija u l-Ilsien Malti, ser titella’ fit-12 ta’ Ġunju, fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta, fid-9pm.
Bejn Linja u Oħra hija lejla performattiva u viżiva li matulha l-ispirtu tal-Belt Valletta se jingħata l-ħajja permezz tal-immaġni, ir-ritmu, l-azzjoni, u versi mill-isbaħ.
Din hija ġabra ta’ poeżiji bil-Malti magħquda fi skript li jieħu lill-udjenza fuq vjaġġ metaforiku madwar il-Belt Valletta. Il-produzzjoni hija maħluqa minn tim artistiku, Norbert Bugeja, Ray Calleja u Albert Marshall. L-iskript, li jinkludi versi ta’ aktar minn 30 poeta fosthom Dun Karm, Achille Mizzi, Maria Grech Ganado, Mario Azzopardi, Oliver Friggieri, Immanuel Mifsud u Walid Nabhan, ġie mgħaqqad minn Norbert Bugeja. It-test huwa fil-maġġor parti tiegħu bil-Malti, iżda jinkudi wkoll xi versi bil-Franċiż u l-Ingliż.
Biljetti minn https://www.showshappening.com/Valletta-Cultural-Agency/Bejn-Linja-u-Ohra