Arti hija d-debutt tal-adattament bil-Malti tal-kummiedja rebbieħa ta’ diversi premjijiet ART ta’ Yasmina Reza, li titratta l-mistoqsija “X’inhi eżattament l-Arti?”. Bi traduzzjoni u direzzjoni ta’ Albert Marshall.
Arti għandha produzzjoni tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Bħala parti mill-programm Strada Stretta.
Spiss deskritta bħala traġikummiedja, il-protagonisti ta’ Arti huma tlitt irġiel tal-klassi medja: Marc u Serge, bejn wieħed u ieħor tampar xulxin, u Yvan, ftit iżgħar minnhom.
Arti mhix biss xogħol dwar l-arti, imma, essenzjalment, kummentarju ‘erudit’ dwar id-dinamika ta’ ħbiberija bejn tliet irġiel li r-relazzjoni interpersonali tagħhom tiġi sfidata minn kif jirrelataw ma’ biċċa tila bajda – biċċa arti astratta monokromatika – li wieħed minnhom (Serge), jixtri għall-prezz ‘redikolu’ ta’ €200,000: il-‘personali’ jsir ‘politiku’.
Għal aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u l-Programm Kulturali żur vca.gov.mt/mt/events u l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.