Dan il-kunċert jttella’ f’97 Notes fi Strada Stretta, il-Belt Valletta, fid-29 ta’ Ottubru fit-8:30pm, fejn uħud mill-aqwa ‘Rockers’ ta’ Malta jagħtu prestazzjoni b’ġabra impressjonanti ta’ kanzunetti mill-arkivji varjati u rikki tar-Rock.
Minn pop-rock sa metal, prog sa punk, Blues-rock sa AOR, dan l-avveniment qabel Halloween joffri xi ħaġa speċjali għal kulħadd, fosthom trakks bħal: Comfortably Numb ta’ Pink Floyd, Paranoid ta’ Black Sabbath, Message in a Bottle tal-Police, Money for Nothing ta’ Dire Straits, Ace of Spades ta’ Motorhead, Basket Case ta’ Green Day, Walking by Myself ta’ Gary Moore, Mr. Brightside tal-Killers, Whole Lotta Love ta’ Led Zeppelin, White Wedding ta’ Billy Idol u ħafna, ħafna oħrajn.
Il-band The Wall of Sound tikkonsisti minn Wayne Camilleri fuq il-kitarra, Chris Curmi fuq il-bass, Luke Xuereb fuq il-keyboards u vuċi, Georgius Mifsud fuq il-kitarra u vuċi, Jason Smith fuq id-drums, flimkien mal-kantanti Ganni Zammit, Stefan Pia, Frank Calleja, Mikaela Attard u Talitha Dimech.
ROCK O’ WEEN ma’ WAYNE u the WALL of SOUND @ 97 Notes, Strait Street, Valletta jittella’ it-Tlieta, 29 ta’ Ottubru fis-8:30 pm – Id-dħul huwa b’xejn, filwaqt li kostumi tal-Halloween huma aktar minn xierqa.
Dan huwa avveniment ieħor fi ħdan il-programm STRADA STRETTA tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (VCA) għal 2024.