Esperjenza l-mużika Maltija bħal qatt qabel fi prestazzjoni unika li tagħti ħajja ġdida lill-kanzunetti klassiċi tagħna, b’interpretazzjonijiet kontemporanji minn kantanti lokali, filwaqt li tonora l-wirt mużikali għani Malti.
Lejla intima ta’ jazz ma' SFERA fejn nisimgħu taħlita ta' kompożizzjonijiet oriġinali u standards tal-jazz. It-trio—Paul Giordimaina, Oliver Degabriele, u Guże’ Camilleri—se jingħaqdu mill-mistednin speċjali Miles Busuttil, Angie Vella Zarb, u Walter Vella għal serata dinamika. ritmi u improvizzazzjoni espressiva.
Għix esperjenza mużikali unika ma’ Dario Genovese, wieħed mill-aqwa kantawturi f’Malta, hekk kif jagħti ġieħ lil leġġendi ikoniċi tal-mużika.
Wara erba’ edizzjonijiet ta’ suċċess f’Għawdex, TISBIT se jittella' għall-ewwel darba fit-Teatru Manoel! Dan il-kunċert dinamiku tal-perkussjoni, taħt id-direzzjoni artistika ta’ Michael Camilleri, iġib flimkien sezzjoni tar-ritmu, perkussjonisti u kantanti mistiedna f’esperjenza mużikali enerġetika.
Opera in the Capital jerġa’ lura fil-qalba tal-Belt Valletta b’lejla ta’ mużika operistika mill-aqwa. Pjazza San Ġorġ issir is-sit għal prestazzjoni mill-aqwa mit-tenuri Alan Sciberras u Cliff Zammit Stevens, li se jwasslu programm mimli melodiji klassiċi f’atmosfera maestuża u aċċessibbli għal kulħadd.
Il-vjolinist, sassofonist u kompożitur George Curmi il-Puse’ imexxi ensemble eċċezzjonali f’Legends of Strait Street, b'ġieħ għall-ħsejjes ikonċi ta’ 'The Gut'.
Iċċelebra Jum San Valentinu b’serata intima tas-Sonatas għall-Pjanu ta’ Schubert, interpretati mill-pjanista Francis Camilleri, fil-Malta Society of Arts.
Ingħaqad magħna f'Pjazza San Ġorġ li se tittrasforma f’ċentru vibranti ta’ ċelebrazzjoni hekk kif nilqgħu s-sena 2025 flimkien.