B’dispjaċir inħabbru li l-Kunċert ‘Lieder’ li kien ippjanat għal għada filgħaxija kellu jitħassar minħabba raġunijiet marbuta mas-saħħa tas-sopran Tatiana Lisnic. Dawk li xtraw il-biljetti se jingħataw il-flus lura.
Red Electrick ser jħorġu d-diska l-ġdida tal-Milied 2020, ma' Luke Chappell, il-Belt Valletta, l-Ġimgħa 18 ta' Diċembru.
L-uniku opra ta' Beethoven *Fidelio*, ser titella' fi Splendid ġewwa Strada Stretta il-Belt Valletta fl-24 ta' Novembru 2020 fit-8pm u ser tintwera lajv fuq Facebook fuq il-paġna ta' The Strada…
Id-dwett ta’ Gabriella Azzopardi (vuċi u kitarra) se joħloq atmosfera tal-Milied b’taħlita ta’ pop u siltiet tal-Milied.
Banda ta’ erba’ persuni, li tinkludi lil Franco Micallef fuq il-pjanu, Joseph Vella fuq il-bass, Anthony Muscat fuq id-drum kit u Ray Zammit fuq is-sassofonu, flimkien ma’ Mike Spiteri u…
Il-Programm tal-Milied tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta jitellà bejn it-8 u l-24 ta’ Diċembru fil-pjazez ewlenin, postijiet strateġiċi u t-toroq pittoreski tal-Belt filwaqt li d-dawl tal-Milied u d-dekorazzjonijiet jistgħu jkomplu jitgawdew…
Bejn it-8 u l-24 ta’ Diċembru, Ittanta Ktieb (Blind Date with a Book) jipprovdi kotba mkebba f’kabini tat-telefonija bħala rigali lil min ikun għaddej, biex jiġu inkoraġġuti jesperimenetew u jaqraw…
Il-flawtista Fiorella Camilleri u l-Arpista Jacob Portelli se jagħtu prestazzjoni ta’ mużika tradizzjonali u moderna tal-Milied kif ukoll siltiet pop ideali għal dawn iż-żminijiet.
Il-flawtista Fiorella Camilleri u l-kitarrist Karl Galea jagħtu kunċert ta' mużika tradizzjonali u siltiet moderni tal-Milied, f'esperjenza unika billi jżewġu stili klassiċi u jazz.