Ritratt ta' Chris Mangion
li toħloq pjan kulturali komprensiv għall-Belt Valletta li huwa sostenibbli, inklussiv u ekwu, u tissorvelja l-implimentazzjoni tiegħu;
li tiżviluppa programm kulturali annwali għall-Belt Valletta, bil-kollaborazzjoni wkoll ta’ Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi oħra, sabiex tkompli tistimula l-inklużjoni, l-aċċess u l-parteċipazzjoni, filwaqt li tippermetti l-iżvilupp ta’ħiliet artistiċi;
li tkompli tkun ta’ sostenn, tivvaluta u tippermetti ċelebrazzjonijiet kulturali u komunitarji li huma parti importanti min-nisġa soċjali;
li tkompli tinkoraġġixxi d-distribuzzjoni wiesgħa uekwa ta’, u l-parteċipazzjoni f’attivitajiet kulturali fil-Belt Valletta;
li tamministra programmi ta’ finanzjament u baġits sabiex tkun tista’ tassisti lill-artisti u lill-Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi li huma stabbiliti, joperaw u, jew jaħdmu l-Belt Valletta;
li tikkummissjona xogħlijiet temporanji tal-arti għall-binjiet pubbliċi u siti madwar il-Belt Valletta;
li tipproteġi u tippromwovi l-wirt kulturali u artistikutal-Belt Valletta;
li tistabbilixxi u żżomm standards ta’ eċċellenza għal avvenimenti kulturali fil-Belt Valletta;
li tikkoordina l-proċess ta’ offerti għat-titolu li jmissta’ Belt Kapitali tal-Kultura għall-gżejjer Maltin;
li twettaq kwalunkwe funzjoni oħra li tista’ tiġi assenjata mill-Ministru responsabbli għall-Kultura.
Ritratt: Julian Vassallo
Belt hija kemm vettura kif ukoll dar għan-nies tagħha u l-istejjer tagħhom; il-mappa tagħha hija narrattiva ħajja, waħda li dejjem qed tinbidel, kollettiva, mistqarra minn ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ periti, artisti, bejjiegħa, nies tas-sengħa u residenti, kull wieħed u waħda minnhom bi ħrejjef ordinarji u straordinarji. Kull wieħed u waħda minnhom bit-tradizzjonijiet u t-tamiet għall-futur; kemm tagħhom kif ukoll dak tal-belt. Sa mill-bidu tagħha ‘l fuq minn erba’ sekli ilu, il-Belt Valletta kienet dan u aktar; punt ta’ konverġenza għall-governanza, il-kummerċ, il-kultura u l-arti.
Permezz tax-xogħol tagħha, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta taħdem qatigħ sabiex iżżomm djalogu miftuħ b’dawn l-elementi kollha. Il-ħolqien ta’ programm għall-belt, aktar milli għal teatru jew mużew, jisfidana kuljum sabiex nimpenjaw ruħna mal-belt, in-nies tagħha, dawk li jużawha, dawk li jżuruha u dawk li jammirawha.
Esperjenza multi-sensorja fiha nnifisha, il-Belt Valletta hija pjattaforma naturali għal skambju artistiċi u kulturali li jistgħu jgħallmuna aktar dwar is-soċjetajiet tal-passat, il-preżent u l-futur, il-bżonnijiet u x-xewqat tagħhom ir-relazzjoni tagħhom mal-arti fil-forom differenti tagħha, u kif dawn l-esperjenzi artistiċi fl-aħħar mill-aħħar jikkontribwixxu għall-istejjer tal-ħajja tagħhom. Kull programm annwali huwa mibni fuq ix-xewqa li jinħolqu esperjenzi trasformattivi, sabiex inħeġġu l-innovazzjoni u niċċelebraw it-tradizzjonijiet b’sensittività għall-wirt kulturali tagħhom.
Miftuħ għal kulħadd b’mod lokali u internazzjonali, il-programm kulturali tagħna huwa maħluq b’kollaborazzjoni ma’ artisti, kreattivi, esperti u dilettanti, kollettivi u organizzazzjonijiet, u jinvolvi l-ġeneri kollha sabiex jittrasforma l-esperjenzi tagħna permezz tal-parteċipazzjoni attiva u l-ko-kreazzjoni.
Chairman
Chairman
Chief Executive Officer
Chief Executive Officer
Catherine Tabone hija l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Gradwata mill-Universitajiet ta’ Malta u Cambridge, matul is-snin okkupat diversi karigi maniġerjali fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika ta’ Malta u kienet ukoll kuratriċi tal-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija.
Is-Sa Tabone inħatret Direttur għall-Kultura fl-2013 bir-responsabbiltà li tipprovdi politika, direzzjoni u pariri dwar l-arti, il-wirt, u l-awdjo-viżiv. F’dan ir-rwol, hija kienet involuta direttament fil-laqgħat kollha relatati ma’ dawn l-oqsma li saru bħala parti mill-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, mexxiet ir-ratifika ta’ Malta tal-Konvenzjoni tal-UNESCO għas-Salvagwardja tal-Wirt Kulturali Intanġibbli u mexxiet inizjattivi ta’ kollaborazzjoni storiċi ta’ livell għoli bejn Malta u s-Santa Sede. Aktar reċentement, okkupat il-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv fil-Fondazzjoni Valletta 2018, li kienet responsabbli mill-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura f’Malta.
Is-Sinjura Tabone hija riċerkatriċi ppubblikata u kienet, għal ħafna snin, membru tal-Bord tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta. Bħalissa tagħmel parti minn diversi Bordijiet u Kumitati relatati maċ-ċittadinanza kif ukoll mal-wirt kulturali u naturali. Is-Sa Tabone hija wkoll attiva f'NGO lokali li tippromwovi l-valorizzazzjoni ta' siti storiċi.
Financial Controller
Financial Controller
Head of Procurement
Head of Procurement
Head of Operations
Head of Operations
Head of HR Management
Head of HR Management
Head of Communications
Head of Communications
Head of Programming & Production
Head of Programming & Production
L-isfond ta’ Jessica Muscat għandu l-għeruq tiegħu fil-passjoni tagħha għall-Istorja tal-Arti, li fjorixxiet matul l-aħħar għaxar snin, b’mod partikolari matul il-Baċellerat tagħha (B.A. Hons.), fejn iggradwat bl-Unuri tal-Ewwel Klassi. Matul iż-żmien tagħha fl-università, hija serviet bħala Viċi President tal-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Istorja tal-Arti (HoASA) u ngħatat il-Premju prestiġjuż ‘Dean’s List Award’ talli laħqet livelli ta’ eċċellenza akkademika. Fl-2019, hija kisbet grad ta' Master’s (M.A.) b’riċerka fl-Istorja tal-Arti mill-Università ta’ Malta b’Distinzjoni. Ir-riċerka tagħha kixfet bosta xogħlijiet tal-arti lokali li kienu ġew injorati u moħbija f’kollezzjonijiet barra x-xtut Maltin, li kkontribwixxew b’mod sinifikanti għall-qasam tal-arti dekorattiva f’Malta. Il-pubblikazzjoni tagħha ‘The Darmanin Artists: Decorative Marble Production for the British Empire’ (2021) ingħatat żewġ Premjijiet Nazzjonali tal-kotba fl-2022. Bħalissa, Muscat jokkupa l-kariga ta’ Kap tal-Programming & Production fl-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta, fejn tissorvelja l-programm kulturali tal-Aġenzija u tikkoordina l-produzzjoni tal-avvenimenti u l-proġetti kollha.
Head of Valletta Design Cluster
Head of Valletta Design Cluster
Artistic Director of the Strada Stretta Programme
Artistic Director of the Strada Stretta Programme
Actress
Valletta is a very gifted city that has a lot to offer – I had some strikingly beautiful experiences and
Actress
Senior Lecturer, University of Malta
At just over 450 years since its foundation in 1566, Valletta cannot claim to be ancient, but it has reached
Senior Lecturer, University of Malta
Lecturer, Sorbonne University
I want to congratulate and express my joy at hearing that the Valletta Cultural Agency has been created. This is
Lecturer, Sorbonne University
Dutch-Maltese Conductor
After the tremendous success that V18 has been it is great to see the creation of the VCA as
Dutch-Maltese Conductor
Violinist
The general value of arts and culture to society has long been assumed, while the specifics have just as long
Violinist
Musician
I support Valletta’s efforts to create a comprehensive cultural plan that is sustainable, inclusive and equitable, and which encourages broad
Musician
Maltese Writer
Valletta happens within us, perhaps just as much as we seek ourselves within her. Along her streets, we sense other
Maltese Writer
Historian, Author
I like cities that value and support local traditions and that see them as an important part of the contemporary
Historian, Author
Violinist, Conductor
I am very happy about the strong willingness of sustaining culture in Malta expressed by the creation of the Valletta
Violinist, Conductor
Author
Principal and co-founder, London Film Academy (LFA)
How thrilling – for artists and residents – to live in a capital city with a vibrant cultural life. Great
Principal and co-founder, London Film Academy (LFA)
Honorary Inspector of the Pompeii Archaeological Park
Mi complimento per l’iniziativa di costituire la Valletta Cultural Agency per approfondire la cultura e diffondere la conoscenza di ciò
Honorary Inspector of the Pompeii Archaeological Park
© 2022 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha riżervati.