• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]
Photo Credits: DOI: Daniel SciclunaIr-riġenerazzjoni tal-kumpless ta’ City Gate fil-Belt Valletta mill-VCA għandha l-għan li tagħti ħajja ġdida liż-żona f’ċentru kulturali modern, sigur u ffukat fuq il-komunità.

Titħabbar ir-riġenerazzjoni tal-Kumpless ta’ City Gate fil-Belt Valletta

Il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali permezz tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (VCA) qed iniedi proġett estensiv ta’ riġenerazzjoni u riabilitazzjoni tal-kumpless City Gate fil-Belt Valletta, bil-għan li dan l-ispazju jerġa’ jingħata ħajja ġdida bħala ċentru modern, sigur u ffukat fuq il-komunità.

Dan il-proġett qed isir b’koperazzjoni mal-Awtorità tal-Artijiet, id-Direttorat tar-Restawr u l-Preservazzjoni  u l-Public Works.  L-investiment totali mistenni jilħaq il- €5 miljun.

 

A photo showing Minister Owen Bonnici at a press conference regarding the regeneration of City Gate Complex in Valletta
A photo showing VCA Chairman Jason Micallef at a press conference regarding the regeneration of City Gate Complex in Valletta

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal, “Wara snin twal ta’ telqa u nuqqas ta’ manutenzjoni, din iż-żona tilfet ħafna mill-valur estetiku u soċjali tagħha u ma tirriflettix il-livell kulturali u arkitettoniku li wieħed jistenna fid-daħla tal-kapitali tagħna. Dan il-proġett għandu l-għan li jittrasforma l-kumpless City Gate f’ambjent aktar ħaj, sigur u aċċessibbli, li jikkumplimenta r-riġenerazzjoni li diġà saret fil-Belt Valletta, filwaqt li jwieġeb għall-bżonnijiet soċjali u kulturali tal-komunità.”

Il-Ministru Bonnici żied jgħid li, “Dan l-approċċ integrat għandu jwassal biex il-kumpless City Gate tinbidel fi spazju ċentrali għall-komunità, li jirrifletti l-ħtiġijiet urbani tal-lum filwaqt li jirrispetta l-identità storika tal-Belt Valletta.”

“Dan il-proġett li fdani bih il-gvern u li se nkun qed immexxi, kien tħabbar għall-ewwel darba fid-diskors tal-Budget tal-Ministru tal-Finanzi f’Ottubru tas-sena l-oħra,” tenna iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef. “Minn dakinhar tellaqna ħidma kbira fil-fażijiet inizjali tal-proġett sakemm illum ħabbarna l-viżjoni tagħna għall-qawmien mill-ġdid ta’ dan il-kumpless kbir u importanti li sfortunatament ilu mitluq is-snin. Ir-riġenerazzjoni ekonomika, socjali, u kulturali fil-Belt Valletta tibqa għaddejja. Ġid li minnu qed igawdi kulhadd.”

A photo showing the depilidated City Gate Complex in Valletta
A photo showing the depilidated City Gate Complex in Valletta
A photo showing the depilidated City Gate Complex in Valletta
A photo showing the depilidated City Gate Complex in Valletta
A photo showing the depilidated City Gate Complex in Valletta
An image showing white text on a grey background. Text reads: "Riġenerazzjoni Għall-Kumpless City Gate." The text: "Nagħtu Ħajja Ġdida Lid-Daħla Tal-Belt Valletta," appears in smaller text.

Fost il-miżuri ewlenin proposti hemm ir-riabilitazzjoni tal-ħwienet u l-istabbilimenti tal-ikel eżistenti fil-livell terran. L-okkupanti preżenti se jżommu l-kirja tagħhom, filwaqt li l-postijiet tagħhom se jiġu rranġati u mmodernizzati biex joffru servizz u esperjenza aħjar lill-pubbliku.

Element ċentrali tal-proġett se jkun il-ħolqien ta’ spazju multifunzjonali fuq l-ewwel sular. Dan huwa maħsub li jkun ambjent modern u inklużiv li jista’ jilqa’ fih attivitajiet kulturali, kreattivi u soċjali differenti.

Dan l-ispazju se jinkludi wkoll żona sensorjali u ta’ benesseri li toffri ambjent kalm u immersiv għal residenti u viżitaturi li jkunu qed ifittxu spazju ta’ mistrieħ u riflessjoni f’ambjent urban dinamiku. Il-proġett jinkludi elementi bħal dawl adattat, ħsejjes rilassanti, elementi viżivi ispirati min-natura u installazzjonijiet interattivi. Għalkemm immirat partikolarment lejn iż-żgħażagħ, l-ispazju se jkun miftuħ għal kulħadd.

Fl-ewwel sular se tinħoloq ukoll żona ddedikata għal wirjiet temporanji tal-arti, sabiex artisti emerġenti u stabbiliti jkollhom pjattaforma fejn jesebixxu xogħlijiet differenti bħal pitturi, skulturi u installazzjonijiet artistiċi.

Parti importanti oħra mill-proġett hija r-rilokazzjoni tal-Għassa tal-Pulizija tal-Belt Valletta minn Pjazza San Ġorġ għaż-żona ta’ fuq tal-Belt.

Il-proġett se jkun ukoll kompletament aċċessibbli għal kulħadd, permezz ta’ lifts u escalators sabiex persuni ta’ kull età u b’livelli differenti ta’ mobilità jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-faċilitajiet offruti.

Il-proġett huwa ppjanat li jitlesta f’perjodu massimu ta’ sentejn.

A generated image showing the regeneration of the City Gate Complex in Valletta
A generated image showing the regeneration of the City Gate Complex in Valletta
An image showing people visiting a modern exhibition space

 

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.