• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Jiftaħ Uffiċjalment il-Valletta Green Festival 2026

Il-Valletta Green Festival 2026, li fetaħ uffiċjalment illum 30 ta’ April 2026, bidel il-Belt Valletta b’installazzjoni spettakolari tal-fjuri fid-daħla tal-Belt Valletta, fi Pjazza Ħelsien quddiem il-Parlament u l-ġnien maġiku fi Pjazza San Ġorġ. Magħruf għall-installazzjonijiet impressjonanti tiegħu u l-messaġġ ambjentali qawwi, il-festival jiffoka fuq is-sostenibbiltà, it-tħaddir urban u l-involviment tal-komunità.

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal, “Il-Valletta Green Festival mhux biss joffri spettaklu sabiħ ta’ kuluri u kreattività fil-qalba tal-Belt, iżda jfakkarna wkoll fir-responsabbiltà tagħna lejn l-ambjent u l-ispazji urbani tagħna. Dan il-festival huwa xhieda ċara ta’ kif, permezz tal-kollaborazzjoni u l-impenn, nistgħu nibdlu l-ibliet tagħna f’postijiet aktar ħodor, sostenibbli u li jagħtu kwalità ta’ ħajja aħjar għal kulħadd.”

“L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Valletta Green Festival hija l-aktar waħda ambizzjuża tagħna s’issa. Minbarra l-ġnien ħaj u vibranti li jiċċelebra s-sostenibbiltà, il-kreattività, u s-sens qawwi ta’ komunità fi Pjazza San Ġorġ, l-attrazzjonijiet jibdew mid-daħla tal-Belt Valletta u jirriflettu l-impenn kontinwu tagħna li nimmaġinaw mill-ġdid l-ispazji urbani u li noffru esperjenza mill-isbaħ lil kull min iżur il-Belt Valletta sal-10 ta’ Mejju,” qal Jason Micallef, Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

A photo showing Minister Owen BonniciMelosaul Balzan,

L-installazzjoni artistika ta’ eluf kbar ta’ fjuri kkuluriti twasslek minn fuq il-pont fid-daħla tal-kapitali, għal ġarra enormi quddiem il-Parlament, fuq disinn artistiku tradizzjonali Malti li fuqha tpoġġa bukkett fjuri mill-isbaħ. Dawn inħadmu minn Henry Galea, Jason Zerafa u Ryan Pillow.

Għadd straordinarju ta’ siġar, arbuxelli u pjanti bidlu Pjazza San Ġorġ f’oasi ħadra, bħala parti mill-ġnien maġiku tal-Valletta Green Festival. Speċi għoljin li jilħqu t-tliet metri jinsabu flimkien ma’ varjetà eċċezzjonali ta’ speċi rari  fosthom pjanti li għandhom mijiet ta’ snin. L-installazzjoni tiġbor flimkien eluf ta’ pjanti bil-fjuri u speċi Mediterranji, minn petunji kkuluriti għal lavanda fragranti, salvja u varjetà rikka ta’ arbuxelli, kollha minsuġa ma’ karatteristiċi tal-ilma li jagħmlu l-esperjenza waħda mill-aktar trankwilli.

A photo showing the large floral installation

Dan il-ġnien uniku, eżegwit minn Derek Garden Centre, ġie kkurat bir-reqqa biex joħloq pajsaġġ immersiv u evokattiv, jiċċelebra l-bijodiversità filwaqt li jimmaġina mill-ġdid il-pjazza storika bħala santwarju vibranti u ħaj fil-qalba tal-belt.

L-installazzjonijiet tal-fjuri kif ukoll il-ġnien fi Pjazza San Ġorġ, se jkomplu jsebbħu d-daħla tal-Belt Valletta sal-Ħadd 10 ta’ Mejju, meta jiġi ċċelebrat Jum l-Omm.

Dawk kollha li se jżuru l-Belt Valletta f’dawn il-ġranet se jesperjenzaw bosta inizjattivi edukattivi, programm divers imfassal biex jinkoraġġixxi għajxien aħjar u l-EcoMarket ta’ kuljum tul Triq it-Teatru l-Qadim, li se jinkludi prodotti sostenibbli u magħmula lokalment. Se jkun hemm ukoll face painting u workshops għat-tfal b’xejn, fosthom arti biċ-ċagħaq u oġġetti riċiklati, fl-1, it-2, it-3, id-9 u l-10 ta’ Mejju, bejn il-11am u s-2pm. Il-programm ta’ din is-sena jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ Derek Garden Centre, ERA, Project Green, Ambjent Malta, Circular Economy Malta u Wasteserv.

Żur il-websajt tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u l-paġna ta’ Facebook għal aktar informazzjoni.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.