Nixtiequ ninfurmawkom li l-kunċert L-Aqwa 20 tal-Maltin, li oriġinarjament kien se jsir is-Sibt, 30 ta’ Mejju, issa se jsir nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Mejju 2026.
Għal dawk li xtraw il-biljetti, jekk tistgħu tattendu f’din id-data l-ġdida (22 ta’ Mejju), m’għandkom bżonn tagħmlu xejn. Il-biljetti li għandkom jibqgħu validi għad-data l-ġdida.
Jekk jogħġbok innota li malli tapplika għal rifużjoni, l-ordni kollha tiġi kkanċellata u l-biljetti ma jibqgħux validi. Ir-rifużjonijiet jiġu pproċessati fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol.
L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta stiednet lill-pubbliku biex jivvota għall-kanzunetta Maltija favorita tagħhom, miktuba u interpretata bil-Malti u li ħarġet bejn l-1975 u l-2005. L-20 kanzunetta l-aktar popolari se jiġu interpretati live f’kunċert minn uħud mill-aktar kantanti lokali stabbiliti akkumpanjati minn orkestra taħt id-direzzjoni tal-Maestro Paul Abela.
L-Aqwa 20 tal-Maltin jinkludi lineup straordinarju ta’ talent Malti fosthom:
Sarah Bonnici, Daniel Cauchi, Mike Spiteri, Mary Rose Mallia, Brooke, MARA, Fabrizio Faniello, Georgina, Gillian Attard, Ludwig Galea, Mark Spiteri Lucas, Priscilla Psaila, Ivan Grech, Hermann Bonaci, Mary Spiteri, Ryan Hili, Olivia Lewis u Klinsmann.
Nittamaw li narawkom fit-22 ta’ Mejju fi Pjazza San Ġorġ!
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.