• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Il-Kummissarju Ewropew Glenn Micallef iżur il-Valletta Design Cluster

Il-Kummissarju Ewropew għall-Ekwità Interġenerazzjonali, il-Kultura, iż-Żgħażagħ, u l-Isport Glenn Micallef żar il-Valletta Design Cluster – ċentru għall-innovazzjoni artistika u l-kreattività fil-kapitali tagħna, li jifforma parti mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Fl-imgħoddi, il-binja li llum hija l-Valletta Design Cluster, kienet isservi bħala l-biċċerija l-antika u għal bosta snin kienet tinsab fi stat ta’ abbandun. Wara proġett ta’ riġenerazzjoni estensiva, li seħħ permezz ta’ fondi Ewropej u lokali, li sewa madwar 10.4 miljun ewro, f’Marzu 2021 din il-binja fetħet il-bibien tagħha mill-ġdid.  B’hekk dan is-sit storiku nbidel f’ċentru li jippromwovi b’mod attiv is-settur kreattiv, li dejjem qed ikompli jikber, li joffri co-working studios dinamiċi u makerspace mill-aktar avvanzat, u li jrawwem inizjattivi b’saħħithom immexxija mill-komunità nnifisha.

Barra minn hekk din il-binja hija mgħammra bi ġnien fuq il-bejt li huwa aċċessibbli għall-pubbliku matul il-jum mit-Tnejn sal-Ħadd. Dan ma jservix biss bħala spazju ekoloġiku iżda huwa wkoll dikjarazzjoni tanġibbli u b’saħħitha ta’ tiġdid.

Waqt din iż-żjara l-Kummissarju Ewropew sostna li dan il-proġett, li huwa parti mil-legat tal-Kapitali Ewropea għall-Kultura Valletta 2018, iżewweġ il-wirt kulturali mal-espressjoni artistika kontemporanja u huwa eżempju tal-aqwa prassi għal proġetti oħrajn, bil-għan li nibqgħu nippromwovu u nindorkaw lil dan is-settur.

Min-naħa tiegħu, ċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta s-Sur Jason Micallef sostna li kien tassew ta’ sodisfazzjon għall-Aġenzija li għall-ewwel darba Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Kultura żar il-Valletta Design Cluster. Micallef kompla jgħid li din iż-żjara serviet bħala okkażjoni biex il-Kummissarju Ewropew seta’ jifhem b’mod tanġibbli l-valur u l-legat ta’ dan il-post kif ukoll jara l-opportunitajiet li qed jagħti lill-artisti kemm lokali kif ukoll internazzjonali.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.