• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]
Photo Credits: Daniel Ciappara

Esibizzjoni dwar il-legat tal-Valletta 2018 f’Dar Malta fi Brussell

Din il-ġimgħa l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tellgħet esibizzjoni estensiva u diversa f’Dar Malta fi Brussell bl-isem ta’ Valletta 2018: A Legacy sabiex turi u taqsam ma’ ħaddiema Maltin li jaħdmu fi Brussell, f’Dar Malta u fil-Parlament Ewopew, kif ukoll ma’ oħrajn internazzjonali li jaħdmu fis-settur kulturali, il-ħidma estensiva li saret waqt il-Valletta 2018 u wara mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Il-Kummissjoni Ewropea tal-Kultura u anki l-Ewroparlamentari Maltin kienu wkoll mistiedna għal din l-esibizzjoni u għalhekk din serviet bħala opportunità biex dawn jaraw dak kollu li l-Fondazzjoni Valletta 2018 u wara l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għamlet u għadha tagħmel għar-riġenerazzjoni ekonomika, soċjali u kulturali fil-Belt Valletta.

Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, is-Sur Jason Micallef qal li din l-esibizzjoni li l-Aġenzija tellgħet f’Dar Malta hija xhieda tal-impenn ma jieqaf qatt biex is-suċċessi li ksibna meta l-belt kapitali tagħna kienet il-Kapitali Ewropea tal-Kultura mhux biss inġedduhom iżda wkoll nirriflettu dwarhom fil-preżent u nkomplu nibnu fuqhom. Is-Sur Micallef kompla jtenni li l-aqwa legat u wirt li ħalliet Valletta 2018 kienet fil-forma tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta li llum hija katalista f’dak li għandu x’jaqsam mal-ikbar avvenimenti kulturali pubbliċi u attivitajiet kulturali li jsiru matul is-sena kollha fil-Belt.

“Fl-aħħar jiem kellna l-opportunità li nitkellmu mal-kollegi tagħna fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea tal-Kultura mhux biss dwar il-Belt Valletta u x-xogħol tagħna bħala Aġenzija imma wkoll fuq l-impenn tagħna li naraw u nsewgu l-progress u l-proċess kollu li għaddej sakemm belt fil-gżejjer Maltin jerġa’ jkollha t-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2031. L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ilha għaddejja b’ħidma f’dan ir-rigward għal dawn l-aħħar snin u fix-xhur li ġejjin din il-ħidma se tkun qed tieħu forma iżjed mgħaġġla” temm jgħid Jason Micallef.

Fost il-kelliema ewlenin f’din l-esibizzjoni kien hemm ukoll l-Eċċellenza Tiegħu, is-Sur Neil Kerr, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, l-Eċċellenza Tiegħu, Dr Vanni Xuereb, Ambaxxatur ta’ Malta għar-Renju tal-Belġju, is-Sa Nela Riehl, Chair fil-Kumitat dwar il-Kultura u l-Edukazzjoni fi ħdan il-Parlament Ewropew, is-Sur Normunds Popens u  s-Sa Marie Imbert, il-koordinatur tal-Kapitali Ewropej għall-Kultura fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea.

An image showing Valletta Cultural Ag
Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef

 

An image showing Valletta Cultural Agency CEO Catherine Tabone
Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Catherine Tabone

 

an image showing tenor Alan Sciberras and pianist Sofia Narmania
It-tenur Alan Sciberras u l-pjanista Sofia Narmania

 

an image showing items as part of an exhibition on the Legacy of Valletta 2018 at Dar Malta in Brussels
Ritratt mill-esibizzjoni dwar il-legat ta’ Valletta 2018 f’Dar Malta fi Brussell

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.