Wara l-ewwel album tagħhom Gatt Grooves, iddedikat lill-ikona tal-jazz Malti Charles Gatt ‘Is-City’ , it-trio SFERA — Paul Giordimaina (pjanu), Oliver Degabriele (kuntrabaxx), u Ġuże’ Camilleri (perkussjoni) — se jinterpretaw kompożizzjonijiet oriġinali u siltiet magħrufa tal-jazz, flimkien mal-mistednin speċjali Miles Busuttil, Angie Vella Zarb, u Walter Vella.