Kollox jinsab lest sabiex għada fil-Belt Valletta intemmu s-sena 2024 bil-kbir. Illum il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u ċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef ħabbru l-aħħar aħbarijiet dwar dan l-avveniment tant mistenni fi Pjazza San Ġorġ.Dan huwa l-ikbar avveniment tal-aħħar tas-sena f’pajjiżna, fejn mistenni li jattendu ’l fuq minn 50,000 persuna għalih u li matulu se jkunu qed jipparteċipaw diversi artisti lokali u anki internazzjonali stabbiliti.
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal
Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef qal li dan l-istaġun tal-Milied kien l-akbar wieħed i qatt kellha l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, b’rekord ta’ nies iżuru l-Belt u jgawdu l-attivitajiet li ħejjejna għalihom. Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena ta’ għada, li wkoll mistennija jkunu fost l-akbar li qatt rajna, se jagħlqu dan l-istaġun bil-kbir.
Is-Sindku tal-Belt Valletta Olad McKay esprima l-entużjażmu tiegħu hekk kif dan kien l-ewwel staġun tal-Milied tiegħu bħala Sindku tal-Belt Valletta u ħeġġeġ lil kull min se jattendi għaċ-Ċelebrazzjonijiet ta’ għada fi Pjazza San Ġorġ biex jagħmel użu mid-diversi mezzi ta’ trasport alternattiv, fosthom it-trasport pubbliku u l-ferry.
Fiċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-ewwel tas-sena se jieħdu sehem Ira Losco, The Red Electric, Shaun Farrugia u Kevin Paul. Dawn l-artisti se jagħtuna wuħud mill-aqwa kanzunetti tagħhom.
Il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-ewwel tas-sena se jkunu permezz tal-artista famuża internazzjonali CASCADA. Lil CASCADA ħafna jafuha għal kanzunetti popolari immens bħal “Evacuate the Dancefloor”, “Everytime we touch” u ħafna oħrajn.
Mat-tokki ta’ nofsilejl se jkun hemm wirja kbira tal-logħob tan-nar tal-ajru fil-Port il-Kbir. Fi Pjazza San Ġorġ il-preżentaturi flimkien ma’ Dj Koroma u Dj Miggy se jkunu qed iferrħu lill-folla fil-Belt u lil dawk li se jkunu qed isegwu live fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali, b’mużika mill-aqwa, b’effetti speċjali fuq il-palk u b’logħob tan-nar sabiex jingħata bidu kif jixraq lis-sena 2025. Se jkun qiegħed jagħlaq is-serata mbagħad Dj D-REY.
Dorianne Mamo, Taryn Mamo Cefai, Owen Bonnici u Keane Cutajar se jkunu qed jippreżentaw din is-serata
Iċ-ċelebrazzjoni Nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena fil-Belt Valletta hija organizzata minn G7 Events bi Ftehim ta’ Sħubija għal Avvenimenti u Inizjattivi fuq Skala Kbira mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali l-Arti u l-Gvern Lokali. Dan l-avveniment huwa appoġġjat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.