• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Il-Valletta Design Cluster miftuħ għall-pubbliku waqt Tinkering Days

Il-Valletta Design Cluster se jospita l-ewwel edizzjoni ta’ Tinkering Days nhar is-Sibt, 14 ta’ Settembru. Dan l-avveniment innovattiv, ispirat mill-moviment globali magħruf bħala Maker Movement, jiċċelebra l-kreattività u l-passjoni tal-makers lokali fosthom persuni kreattivi, artiġjani u persuni ta’ kull età kurjużi dwar id-DIY u d-disinn.

Tinkering Days se tinkludi firxa wiesgħa ta’ attivitajiet bħal workshops tat-tisjir, open studios mill-artisti residenti, attivitajiet interattivi għat-tfal li jinkludu LEGO robotics, wirjiet interattivi, installazzjonijiet bil-ħsejjes u d-dawl, u ħafna aktar.

Tinkering Days -Programme

Tinkering Days huwa miftuħ għal kulħadd, irrispettivament mill-età jew mill-liema qasam ġejjin. L-għan ewlieni huwa li jġib flimkien nies li għandhom sens ta’ kurżità u interess f’passatempi, is-snajja, l-arti, id-disinn, l-ikel, u t-teknoloġija.

Dan l-avveniment huwa open day li joffri opportunità unika biex wieħed jesplora l-Valletta Design Cluster b’diversi attivitajiet u wirjiet li jseħħu fid-diversi żoni tal-binja. Il-pubbliku jista’ jżur stands differenti, jitkellem mal-makers dwar ix-xogħol tagħhom, u jieħu sehem fl-attivitajiet diversi. Se jkun hemm bosta studios miftuħin għall-pubbliku kif ukoll installazzjonijiet interattivi filwaqt li l-ġnien ta’ fuq il-bejt se jkunu wkoll disponibbli għall-viżitaturi.

Id-dħul għal Tinkering Days huwa b’xejn u m’hemmx bżonn ta’ biljett.

Se jkun hemm ikel u xorb li jinbiegħ mill-membri tal-Valletta Design Cluster fosthom pasti Franċiżi ta’ Geoffrey Barault, ikliet mill-kċina ta’ SAHHA, u birer artiġjanali minn Huskie Craft Beer Company. Il-kok Mark Camilleri se jmexxi workshop dwar il-ħobż u l-butir fil-Kċina tat-Tagħlim tal-Valletta Design Cluster.

Il-programm jinkludi varjetà ta’ persuni kreattivi, fosthom artisti, disinjaturi u makers li jinkludu lil Anna Calleja, Mark Borg, Beluga Corp, Heidi u Tina’s Mosaic Start up, Francesca Mercieca, no.site.studio, Dennis Orlov, Marica Lewis, Mike Spiteri, Anton Abela, Wicked Comics, Beauty One Innovation, The Secret Rose, Dolphin Club, Russell Smith, Rota, Rupture, I+A, it-tim tar-robotika tal-MCAST, u Community Crafts mill-Valletta Floriana Community Services (FSWS).

Għal aktar informazzjoni dwar Tinkering Days, żur il-websajt tal-Valletta Cultural Agency fuq (https://www.vca.gov.mt/en/events/tinkering-days), żur il-paġni tal-midja soċjali tal-Valletta Design Cluster, ċempel jew żur il-Valletta Design Cluster bejn it-8am u l-2pm bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa.

Il-Valletta Design Cluster huwa ċentru ddedikat għat-trawwim tal-kollaborazzjoni kreattiva u l-innovazzjoni. Bħala hub għad-disinjaturi, artisti u produtturi, il-Valletta Design Cluster jappoġġja l-iżvilupp tal-ekonomija kreattiva f’Malta, u Tinkering Days jenfasizza d-diversità tal-membri u l-kollaboraturi tiegħu.

Kemm jekk int maker esperjenzat jew kurjuż dwar id-dinja tad-DIY u d-disinn, ingħaqad magħna fl-14 ta’ Settembru waqt Tinkering Days li joffri xi ħaġa għal kulħadd!

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.