Dalgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela żar il-Valletta Green Festival fil-Belt Valletta flimkien mal-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef u l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Catherine Tabone.
L-10 edizzjoni tal-Valletta Green Festival fetħet il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju u tkompli sal-Ħadd 19 ta’ Mejju.
Il-ġnien jinkludi 62 siġra kbira, madwar 5,000 arbuxelli, flimkien ma’ 13,000 pjanta u żewġ funtani. Uħud mis-siġar jilħqu sa tliet metri għoli u jinkludu firxa wiesgħa ta’ varjetajiet Mediterranji bħal Ħarrub, Ċipru, Canfora, Oleander, u siġar taż-Żebbuġ, li ħafna minnhom għandhom bejn 60 u 80 sena. Mifrux fuq spazju ta’ 42.82 metri b’27.53 metri, dawk kollha li se jżuruh għandhom oażi mhux tas-soltu biex jesploraw.