Sejħa għall-applikazzjonijiet għal kandidati biex jaqdu dmirijiet bħala Koordinatur tal-Amministrazzjoni tal-Ipprogrammar fl-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta (VCA)

Nomenklaturi li jindikaw is-sess maskili jinkludu wkoll is-sess femminili

 

Is-servizzi ta’ Koordinatur tal-Amministrazzjoni tal-Ipprogrammar huma meħtieġa fil-VCA, b’bidu minn Marzu 2023, b’medja ta’ 40 siegħa ta’ servizz fil-ġimgħa.

Il-kandidat li jintagħżel ser jidħol f’Kuntratt għal Servizz għal perjodu ta’ 36 (sitta u tletin) xahar. Is-servizz serjitħallas €15 (eskluża l-VAT) fis-siegħa, b’medja ta’ 40 siegħa fil-ġimgħa ta’ servizz meħtieġ (€600 mingħajr il-VAT fil-ġimgħa x 52 ġimgħa =  €31,300 mingħajr il-VAT kull sena). Il-valur totali tal-kuntratt mhux ser jaqbeż il-€102,960 (eskluża l-VAT) fuq tliet snin. Kwalunkwe taxxi jew ħlasijiet oħra għandhom jitħallsu mill-kandidat li jintgħażel.

L-Aġenzija Kulturali all-Belt Valletta

Il-VCA hija entità tal-Gvern li ssostni u ssaħħaħ il-ħajja kulturali vibranti tal-Belt Kapitali permezz tal-ħolqien ta’ programm annwali ta’ avvenimenti kreattivi żviluppati b’kollaborazzjoni ma’ artisti u Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi oħra. Legat tal-Fondazzjoni Valletta 2018, il-VCA ssostni wkoll standards ta’ eċċellenza fil-koordinazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti kulturali fil-Belt, filwaqt li tinkoraġġixxi aċċess u parteċipazzjoni minn udjenza diversa.

Servizzi Meħtieġa

Il-Koordinatur tal-Amministrazzjoni tal-Ipprogrammar se jifforma parti mid-Dipartiment tal-Ipprogrammar tal-VCA u se jkun qed jaħdem taħt is-superviżjoni tal-Kap tal-Ipprogrammar u l-Produzzjoni u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv. Id-dmirijiet ewlenin tal-Koordinatur tal-Amministrazzjoni tal-Ipprogrammar huma li:

  • Jidentifika, jiżviluppa u jiffinalizza l-implimentazzjoni ta’ proġetti/avvenimenti jew fergħat ta’ proġetti bħala parti mill-programm tal-Aġenzija;
  • Jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-istrateġija tal-Ipprogrammar;
  • Jissorvelja l-proċess ġenerali tal-akkwist pubbliku tal-proġetti assenjati u jwettaq l-akkwist pubbliku skont ir-Regolamenti tal-Akkwist Pubbliku kif u meta jkun meħtieġ;
  • Jgħin, meta meħtieġ, fil-produzzjoni tal-proġetti;
  • Jikkoordina mal-persunal, mas-superjuri u mal-partijiet interessati dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-proġetti/avvenimenti jew linji ta’ proġetti taħt ir-responsabbiltà;
  • Jgħin fit-tħejjija u l-koordinazzjoni tal-proċessi amministrattivi kollha (inklużi l-kuntratti u l-produzzjoni meħtieġa) għall-avveniment/proġetti assenjati li jiffurmaw parti mill-programm tal-Aġenzija, bil-ħsieb li jinkiseb l-ogħla impatt u tiġi żgurata s-sostenibbiltà;
  • Jissorvelja u jimmaniġġja l-pjan ta’ żmien u l-baġits ta’ proġetti/avvenimenti jew fergħat ta’ proġetti;
  • Iħejji, permezz ta’ kollegament ma’ korpi kemm interni kif ukoll esterni, inizjattivi ġodda;
  • Iwettaq riċerka kif assenjat mill-Kap tal-Ipprogrammar u l-Produzzjoni u jipprovdi rakkomandazzjonijiet xierqa;
  • Iżomm sistema ta’ rappurtar dettaljata rigward il-progress tal-proġetti u l-pjanijiet ta’ produzzjoni u l-prestazzjonijiet;
  • Iwettaq kwalunkwe dmir ieħor kif jista’ jiġi assenjat mill-Kap Eżekuttiv tal-VCA jew minn rappreżentant tiegħu/tagħha.

Kwalifiki u Esperjenza Meħtieġa

L-applikanti interessati jridu jkunu fil-pussess tal-kwalifiki u/jew ċertifikati li ġejjin:

– Diploma f’Livell MQF 5 (suġġett għal minimu ta’ 60 ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, fir-rigward ta’ programmi li jibdew minn Ottubru 2003) f’suġġett relatat mal-Management / Xjenzi Soċjali / l-Umanitajiet, flimkien ma’ sena (1) rilevanti esperjenza ta’ xogħol.

Il-kwalifiki u l-esperjenza mitluba għandhom ikunu sostnuti minn ċertifikati u/jew testimonjanzi, li kopji tagħhom għandhom ikunu mehmuża mal-applikazzjoni jew mibgħuta separatament lill-Kap tal-HR Management fuq l-indirizz, Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Valletta jew b’email fuq hr@vca.gov.mt sa mhux aktar tard mid-data u l-ħin tal-għeluq.

Iċ-ċertifikati oriġinali u/jew it-testimonjanzi għandhom jiġu ppreżentati invarjabbilment għall-verifika waqt l-intervista.

Applikazzjonijiet

L-applikanti interessati huma mitluba jibagħtu ittra ta’ motivazzjoni indirizzata lill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv, flimkien ma’ dokument li jagħti spjegazzjoni qasira u metodoloġija dwar kif beħsiebhom jilħqu l-għanijiet stabbiliti fit-taqsima intitolata ‘Servizzi Meħtieġa’. Dawn id-dokumenti, flimkien ma’ CV u kopji taċ-ċertifikati, għandhom jintbagħtu b’email fuq: hr.vca@vca.gov.mt sa mhux aktar tard minn nofsinhar (Ħin tal-Ewropa Ċentrali) tal-25 ta’ April 2024. Applikazzjonijiet li jaslu tard ma jiġux ikkunsidrati.

L-applikanti magħżula se jintalbu jattendu għal intervista, li tista’ ssir online. L-applikanti eliġibbli ser jiġu intervistati minn Bord tal-Għażla biex jevalwaw l-idoneità tagħhom biex iwettqu d-dmirijiet imsemmija hawn fuq.

L-għażla finali ser issir fuq mertu tekniku. Se tkun ibbażata fuq analiżi tad-dokumentazzjoni sottomessa skont ir-rekwiżiti ta’ din is-sejħa, u fuq ir-riżultat tal-intervista.