Il-kitarrist u kompożitur David Cassar Torreggiani, flimkien ma’ uħud mill-aqwa mużiċisti Maltin u firxa ta’ artisti mistiedna, jagħmel interpretazzjonijiet dinamiċi ta’ kanzunetti klassiċi tal-Milied waqt Holidays Rock!, prestazzjoni li ddaħħal lil kulħadd fl-ispirtu tal-festi permezz ta’ bosta siltiet magħrufa u wħud mill-aqwa melodiji klassiċi Rock.