start date December 3, 2024
map icon Il-Belt Valletta

Visual Arts Exhibition: Anthony Spagnol

03/12/2024 - 08/01/2025
Il-Palazz tal-Granmastru,Il-Belt Valletta

Visual Arts Exhibition: Anthony Spagnol

An image showing a portrait depicted by Anthony Spagnol

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tippreżenta l-esibizzjoni Transcending the Material – Anthony Spagnol Retrospective, li tiċċelebra aktar minn tliet deċennji ta’ esplorazzjoni artistika minn wieħed mill-aktar artisti kontemporanji Maltin.

Ikkurata minn Jessica Muscat, din ir-retrospettiva hija miftuħa mit-3 ta’ Diċembru 2024 sat-8 ta’ Jannar 2025, fil-Palazz tal-Gran Mastru, u titratta l-evoluzzjoni ta’ Spagnol mill-arti figurattiva għall-arti astratta, u turi l-kapaċità unika tiegħu li jgħaqqad l-oqsma materjali u spiritwali.

Il-kuratur Jessica Muscat qalet li “Il-vjaġġ ta’ Spagnol mir-realiżmu għall-astratt ma jitrattax biss dwar evoluzzjoni stilistika iżda qawmien profond li jirrifletti traxxendenza tal-materjal għall-ispiritwali. Permezz tal-użu preċiż tal-forma u l-kulur, Spagnol jistedinna biex nanalizzaw dak li ma jidhirx, u nsawru djalogu bejn l-arti, l-eżistenza u l-metafiżika.”

Ix-xogħol ta’ Spagnol jirrifletti vjaġġ ta’ introspezzjoni u innovazzjoni, ispirat mill-movimenti artistiċi postmodernisti Maltin u l-karriera tiegħu bħala konservatur. Xogħlijiet bikrija bħal The New Power Station (1992) u Wires in Mikiel Anton Vassalli Street (1993) jitrattaw tħassib dwar l-ambjent u s-soċjetà permezz ta’ xbihat figurattivi. B’kuntrast, ix-xogħlijiet astratti tiegħu, fosthom Transubstantiation (2005) u The Stations of the Cross (2011–2013), jistiednu lil min iżur l-esibizzjoni fi spazji meditattivi li jevokaw l-essenza intanġibbli tal-ispiritwalità.

L-esibizzjoni tinkludi xogħlijiet ispirati mill-impenn ta’ Spagnol mal-letteratura, il-mużika, u r-riflessjonijiet profondi tiegħu dwar il-fidi u l-mortalità. Ir-retrospettiva tenfasizza l-kontribuzzjonijiet sinifikanti tiegħu għall-arti Maltija u d-djalogu kontinwu tiegħu ma’ temi universali ta’ eżistenza, trasformazzjoni, u spiritwalità.

Transcending the Material – Anthony Spagnol Retrospective hija miftuħa kuljum mit-3 ta’ Diċembru 2024 sat-8 ta’ Jannar 2025 fil-Palazz tal-Gran Mastru, il-Belt Valletta bejn id-9am u l-5pm. Dħul b’xejn minn Triq il-Merkanti.

Event Spaker:

Led by the award-winning author of 100 Conversations for Career Success, and CEO of the career management firm.

Executive XpeedStudio LLC

Sr. Engineer XpeedStudio LLC

Product Lead XpeedStudio LLC

Venue Direction:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

360° Live Tour:

From the moment you embark on a job search, you are inundated with “do this, do that,” by well-intentioned friends and colleagues. But, all of those random

Share on Social

Related Events

An image showing the Italian Alps where l'Alpino is set
Music

l’Alpino

03/12/2024 - 08/01/2025
Il-Palazz tal-Granmastru, Il-Belt Valletta

Ingħaqad magħna għal serata li tiċċelebra l-qlubija, l-imħabba