Illum ġie inawgurat il-ġnien ‘tal-ħolm’ li nħoloq temporanjament bħala spazju aħdar fi Pjazza San Ġorġ bħala parti mill-Valletta Green Festival.
Dan il-ġnien għandu aktar minn 18,000 pjanta ta’ kull varjetà u kulur flimkien ma’ attrazzjonijiet oħra, jista’ jitgawda sal-Ħadd 7 ta’ Mejju.
Il-ġnien jinkludi siġar maturi għoljin sa tliet metri li joħolqu xena tassew spettakolari. Il-ġnien impressjonanti huwa mifrux fuq 42.82 metru b’27.53 metru, u joffri lil min iżuru spazju sabiħ li jkun jista’ jesplora.
Il-pjanti u s-siġar intgħażlu bir-reqqa biex joħolqu wirja sabiħa u armonija ta’ kulur, tessut u ħajja. Is-siġar u l-pjanti jinkludu Callistemon Viminalis, Cupressus Semprevirens, Olea Europea, Nerium Oleander, Eugenia Etna Fire, Bougainvillea Sanderiana, Petunias tal-kulur kollha, Laurus Nobilis, Metrosideros Variegated, Hydrangea, Polygala, u ħafna aktar.
L-attivitajiet jibdew mill-Erbgħa 3 ta’ Mejju sal-Ħadd 7 ta’ Mejju mill-10am sat-8pm kuljum u mill-10am sal-10pm il-Ħadd.
L-akbar edizzjoni tal-Valletta Green Festival li qatt ittellgħat testendi minn Pjazza San Ġorġ għal Triq it-Teatru l-Antik, Pjazza Tritoni u diversi toroq u pjazez fil-Belt Valletta. Wieħed jista’ jiġi jixtri mingħand intraprendituri kreattivi fl-Eko Market mifrux tul Triq it-Teatru l-Antik u jista’ wkoll jinzerta flash mob minn Dancel Dance Studio f’diversi toroq u pjazez madwar il-Belt Valletta fejn se jkun hemm iżjed minn 50 żeffien li se jkunu qed jagħmlu żfin immirat li jqajjem kuxjenza dwar kwistjonijiet ambjentali
Il-Valletta Green Festival jospita diversi stands minn Ambjent Malta, ERA, EWA (Water Be the Change), Project Green, l-Eco Market, Missio u t-trakk tal-Wasteserv roadshow kif ukoll stand għall-Valletta Design Cluster li se jkun qed jieħu ħsieb numru ta’ attivitajiet.
dawn l-inizjattivi jinkludu l-parteċipazzjoni tal-EIT Urban Mobility RIS Hub Malta li se jippreżenta l-attivitajiet tal-Hub u jintroduċi opportunitajiet attwali u ġodda. Ser tkun ppreżentata wkoll il-Walk Diary, attività favur il-familja mmirata lejn tfal ta’ bejn is-6 u t-12-il sena li tistieden lill-parteċipanti jimxu madwar il-Belt Valletta u jirreġistraw l-esperjenza tagħhom fi djarju. Ser naraw ukoll GoNature, logħba interattiva li tiffoka fuq l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura. Il-proġett MOVE for Trees intant jistieden lill-parteċipanti għal inizjattiva ta’ azzjoni kollettiva li tippromwovi attività fiżika u mobilità sostenibbli li permezz tagħha ser jitħawlu siġar u arbuxelli fl-Iskola Primarja tal-Belt Valletta.
Is-Sibt 6 ta’ Mejju u l-Ħadd 7 ta’ Mejju wieħed m’għandux jitlef l-Eko Market – sinonimu għal bejjiegħa ta’ oġġetti magħmulin bl-idejn, u li huma eco-fiendly u sostenibbli, fi Triq it-Teatru l-Antik. Wieħed jista’ varjetà ta’ prodotti u servizzi għall-adulti u t-tfal fosthom prodotti tas-sbuħija, ġojjelli u oġġetti tal-moda, pitturi, oġetti dekorattivi u ħafna aktar.
Wasteserv tippreżenta l-kampanja tagħha ‘Separate right, make our future bright’, immirata biex ittejjeb ir-riċiklaġġ u tiġġenera aktar għarfien dwar ir-rimi tal-iskart. Wieħed għandu l-opportunità li jiġi hawn u jitgħallem aktar dwar is-separazzjoni xierqa tal-iskart filwaqt li jiltaqa’ mal-maskots. Ir-Roadshow tittella’ bejn it-8am u t-8pm l-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ħadd b’ħinijiet estiżi sal-10pm il-Ġimgħa u s-Sibt. Il-Mascots se jkunu preżenti mill-4pm sat-8pm il-Ġimgħa, bejn id-9am u nofsinhar u mill-4pm sal-10pm is-Sibt kif ukoll mid-9am sa nofsinhar u mill-4pm sat-8pm il-Ħadd.
Għal aktar informazzjoni żuru l-paġna ta’ Facebook jew il-paġna tal-attivitajiet fuq il-website tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.