• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]
Photo Credits: Sebio Aquilina - Audio Visual

Teatru mimli għall-ewwel serata tal-Opra Tosca

Nhar il-Ħadd tela’ s-separju fuq l-akbar opra li qatt ittellgħat fit-Teatru Manoel u l-ewwel waħda bis-sehem ta’ orkestra sinfonika sħiħa.

Udjenza numeruża nhar il-Ħadd imliet il-Manoel għal ftuħ tal-opra Tosca ta’ Giacomo Puccini.

B’teatru mimli, din il-produzzjoni tal-opra tant mistennija hija l-akbar waħda s’issa għat-Teatru Manoel u l-ewwel opra sħiħa wara l-pandemija, li tat spinta lil din it-tradizzjoni annwali tant maħbuba.

Din il-produzzjoni li mhux ta’ min jitlifha – baqgħalha biss tliet prestazzjonijiet oħra fit-8, l-10 u t-12 ta’ Marzu – hija riżultat ta’ kollaborazzjoni bejn żewġ Entitajiet Kulturali Pubbliċi, it-Teatru Manoel u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta; bis-sehem tal-Malta Philharmonic Orchestra, u KorMalta flimkien mal-kor tat-tfal tal-Malta School of Music.

Iċ-Chairman tat-Teatru Manoel Dr Michael Grech u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv Edward Zammit, flimkien maċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef u l-Kap Eżekuttiv Catherine Tabone, laqgħu lill-mistednin fuq it-tapit l-aħmar. Fost l-udjenza kien hemm, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u l-Ambaxxatur Taljan, l-Eċċellenza Tiegħu Fabrizio Romano.

“L-opra annwali fl-aħħar rritornat fuq il-palk tal-Manoel – u x’ritorn dak!” qal Dr Grech. “L-opra tibqa’ waħda mill-aktar ġeneri ambizzjużi u kumplessi tal-arti tal-ispettaklu, u bħala teatru żgħir ma konniex inkunu nistgħu nwettqu proġett bħal dan mingħajr għajnuna esterna. Aħna mhux biss grati lejn dawk li jappoġġjawna, iżda wkoll lejn l-artisti barranin u lokali kemm fuq il-palk kif ukoll lil’hinn, li emmnu fil-viżjoni tagħna u kienu lesti li jimbarkaw magħna fuq dan il-vjaġġ.”

Il-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici wera wkoll ir-ringrazzjament tiegħu. “Produzzjonijiet kbar ta’ din l-iskala jinvolvu xogħol iebes, dedikazzjoni u passjoni, u nixtieq nesprimi l-gratitudni tiegħi lill-artisti, lill-istaff u lill-fornituri tas-servizzi kollha li ħadmu bla heda biex joħolqu din l-esperjenza eċċezzjonali għalina lkoll. Nittama li din il-produzzjoni titgawda minn dawk kollha li jattendu u li tkompli tispira u tarrikkixxi l-pajsaġġ kulturali tagħna.”

Din il-produzzjoni l-ġdida, b’disinn u direzzjoni tall-istilla internazzjonali tal-opra, it-tenur Arġentin José Cura, li fiha jinterpreta r-rwol ta’ Cavaradossi hija l-ewwel waħda fil-Manoel li fiha orkestra sinfonika sħiħa, permezz tad-disinn tal-palk ta’ Mro Cura li jagħmel użu innovattiv mill-ispazju limitat.

L-opra klassika hija storja traġika ta’ passjoni, għira, imħabba u qtil, hekk kif il-kantanta tal-opra tempestuża Floria Tosca tissielet biex issalva lill-maħbub tagħha Cavaradossi mill-kap tal-pulizija korrott, Scarpia. Cura jidher bħala Cavaradossi fil-produzzjoni tal-Manoel, bis-sopran Bulgara Tanya Ivanova bħala Tosca u Carlos Almaguer bħala Scarpia. Magħhom jingħaqad kast b’saħħtu lokali fosthom Alan Sciberras, Albert Buttigieg, Louis Cassar u Nadia Vella, filwaqt li l-kor minn KorMalta b’direzzjoni tas-surmast tal-kor Riccardo Bianchi, il-kor tat-tfal tal-Malta School of Music taħt id-direzzjoni ta’ Marouska Attard, u l-Malta Philharmonic Orchestra mmexxija minn Mario De Rose.

“L-Opra għandha s-setgħa li tikkomwovi, li ddawwal u li tispira, u aħna onorati li qed naqsmu din l-esperjenza singulari mal-komunità,” qal Jason Micallef. “Ċedu għall-mużika sublimi ta’ Puccini u d-direzzjoni viżjonarja ta’ Cura u idħlu fid-dinja indimentikabbli ta’ waħda mill-akbar opri ta’ kull żmien. Dan huwa avveniment li se jibqa’ mniżżel fil-memorja tiegħek għas-snin li ġejjin.”

Fi tmiem is-serata, Cura rringrazzja lit-tim b’saħħtu li ħadem wara l-kwinti, għax-xogħol siewi u d-dedikazzjoni tagħhom b’aċċenn partikolari fuq l-artist tal-palk tat-teatru Marco Bartolo, li ser jirtira wara ħidma ta’ 30 sena fil-Manoel.

Il-prestazzjonijiet ta’ Tosca ta’ Giacomo Puccini jkomplu t-Teatru Manoel fit-8, 10 u 12 ta’ Marzu 2023, fis-7.30pm. Din il-produzzjoni hi adattata għal udjenzi ta’ 14-il sena ‘il fuq. Biljetti jistgħu jinkisbu mis-sit elettroniku www.teatrumanoel.mt jew b’email minn [email protected] u bit-telefon fuq (+356) 21246389.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.