L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta nediet il-Programm Kulturali tagħha għall-2023 li jinkludi diversi attivitajiet kulturali ta’ livell għoli fosthom produzzjoni ġdida tal-Opra Tosca, programm ta’ installazzjonijiet artistiċi fi Triq in-Nofsinhar, wirjiet, kunċerti kif ukoll wiri ta’ films u produzzjonijiet teatrali.
Ser jittellgħu numru ta’ produzzjonijiet u kollaborazzjonijiet ġodda bil-parteċipazzjoni ta’ diversi artisti, organizzazzjonijiet kulturali u l-komunità kummerċjali, li jagħmlu parti mill-ħajja artistika, soċjali u ekonomika tal-Belt Valletta.
Il-programm jinkludi produzzjoni tal-opra Tosca ta’ Puccini li qed titella’ flimkien mat-Teatru Manoel bil-parteċipazzjoni ta’ Kor Malta u l-Malta Philharmonic Orchestra. Din il-produzzjoni l-ġdida hija ddisinjata mill-artist ta’ fama mondjali José Cura, li se jkun ukoll qed jieħu ħsieb id-direzzjoni tal-opra, kif ukoll jieħu sehem fiha fil-parti prinċipali ta’ Cavaradossi.
Produzzjoni oħra mill-aqwa se tkun Mary Spiteri: My Life – li tiċċelebra waħda mill-kantanti ikoniċi tal-gżira, il-ħajja u l-karriera tagħha permezz ta’ repertorju ta’ kanzunetti u intervisti.
div style=”position:relative;padding-top:max(60%,326px);height:0;width:100%”>
Għal aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u l-Programm Kulturali żur vca.gov.mt/mt/events u l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.