1. INTRODUZZJONI
 
Il-Valletta Local Food Festival huwa festival ta’ ħamest (5) ijiem immirat lejn il-promozzjoni u ċ-ċelebrazzjoni tax-xena kulinarja lokali, il-manifatturi tal-ikel, u l-varjetà ta’ ingredjenti u riċetti prodotti.
 
Din hija waħda mill-ħafna inizjattivi tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta li għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-perjodu u l-istrateġija ta’ rkupru wara l-COVID-19 billi tappoġġja ekonomija nattiva, artistika, kulinarja u agrikulturali.
 
Il-festival ser jittella’ fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, mill-20 sal-24 ta’ Lulju 2022, iż-żewġt ijiem inklużi, mis-6pm sal-11pm, bi qbil mar-regolamenti tal-COVID-19 fis-seħħ dak iż-żmien.
 
L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ġentilment qed tistieden manifatturi lokali tal-ikel u x-xorb prospettivi biex jirreġistraw l-espressjonijiet ta’ interess tagħhom biex:
 
A. joħolqu, jservu u jbiegħu ikel (porzjon starter) u xorb ibbażat fuq il-prodotti mkabbra jew prodotti lokalment tagħhom.
 
u
 
B. joffru taħdidiet qosra, informattivi u interessanti.
 
 
1.1 IL-ĦOLQIEN U L-BEJGĦ TAL-IKEL U X-XORB
 
Il-platti li għandhom jiġu ppreparati mill-applikant(i) li jirbħu din l-espressjoni ta’ interess bħala manifatturi tal-ikel għandhom jiġu diskussi, żviluppati u miftiehma flimkien mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta wara li jiġi ffirmat kuntratt. Il-platti proposti għandhom jilħqu l-ħtiġijiet ta’ persuni “vegan” u “gluten-free”. L-Aġenzija għandha tapprova jew titlob emendi għall-kontenut bi qbil mal-aspettazzjonijiet u l-viżjoni tagħha għall-Festival. Sakemm ma jkunx ikkomunikat mod ieħor matul it-twettiq tal-kuntratt, kull platt għandu jkun ekwivalenti għal porzjon starter u pprezzat b’mod raġonevoli sa €8 biex jinkoraġġixxi lill-pubbliku jixtri ikel li jikkonsisti fi prodotti lokali. L-Aġenzija tista’ titlob lista ta’ ingredjenti għal kull platt u titlob kwalunkwe bidliet sakemm tingħata approvazzjoni finali.
 
Il-gabbani ddedikati għall-prodotti lokali jistgħu jinkludu li ġej:
 
● Laħam
● Ħut u frott tal-baħar
● Agrikoltura – frott u ħaxix
● Bajd
● Ħalib u ġobon
● Ħobż u ikel tal-forn lokali
● Ikel tradizzjonali (mhux ħelu)
● Ċikkulata u ħelu (ħelu tradizzjonali, qagħaq tal-għasel, ħelu tal-festi, imqaret)
● Żejt taż-żebbuġa, ġulepp tal-ħarrub, għasel u ċatni
 
L-arranġament tal-gabbani skont it-Tpinġija 1 tal-Anness II ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess.
 
Il-profitti kollha mill-bejgħ tal-ikel marbut ma’ Nota 1 kif imsemmi hawn fuq ser jinżamm mill-Applikant rispettiv li jirbaħ din l-Espressjoni ta’ Interess.
 
 
1.2 TAĦDIDIET
 
Il-programm ta’ taħdidiet ser jinkludi slots ta’ 20 minuta kull wieħed. Il-frekwenza mistennija għal kull taħdita hija ta’ waħda kuljum għal kull gabbana, imma dan, flimkien mal-kontenut tat-taħdidiet, għandu jiġi diskuss, żviluppat u miftiehem flimkien mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta wara li jiġi ffirmat il-kuntratt.
 
L-Aġenzija għandha tapprova jew titlob emendi għall-kontenut bi qbil mal-aspettazzjonijiet u l-viżjoni għall-Festival.
 
Huwa importanti li wieħed jinnota li t-taħdidiet għandhom isiru mill-applikant li jirbaħ din is-sejħa għall-offerti mingħajr ħlas għall-pubbliku.
 
 
 
 
1.3 ĊAĦDA TA’ RESPONSABBILTÀ
 
Applikanti prospettivi g]andhom jinnotaw li billi jissottomettu l-applikazzjoni kif speċifikat hawn taħt, qed jikkonfermaw li jaqblu mat-termini u l-kundizzjonijiet kollha relatati mal-Espressjoni ta’ Interess (EtI) għal Gabbarni tal-Ikel u x-Xorb kif ukoll Taħdidiet matul il-Valletta Local Food Festival li ser isir bejn l-20 u l-24 ta’ Lulju 2022.
 
Applikanti prospettivi għandhom jinnotaw li minkejja li l-applikazzjonijiet jistgħu jkunu sottomessi, evalwati u l-kuntratti ffirmati, il-Festival jista’ jiġi pospost jew ikkanċellat f’każ ta’ xi tibdiliet fix-xenarju lokali tas-saħħa pubblika. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-flus imħallsa għall-applikazzjoni u ser jingħataw lura. L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta mhijiex responsabbli għal kwalunkwe tip ta’ kumpens ieħor.
 
Applikanti prospettivi għandhom jinnotaw li l-kuntratt għall-applikanti li jintagħżlu ser ikun ibbażat fuq il-kundizzjonijiet ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess u għalhekk, l-applikanti li jintagħżlu huma mistennija jimxu skont it-termini u l-kundizzjonijiet kif ukoll obbligi kuntrattwali oħra kif inklużi fil-kuntratt. Nuqqas ta’ żamma ma’ dawn l-obbligi kuntrattwali ser iwassal għal €150 f’penali għal kull obbligu li ma jintlaħaqx, u f dan il-każ, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tirriżerva d-dritt li twaqqaf immedjatament il-kuntratt mogħti lill-applikanti inkwistjoni fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu ta’ twettiq tal-kuntratt. F’dan il-każ, ma jkun hemm l-ebda kumpens jew flus lura għal dak li jkunu ħallsu l-applikanti inkwistjoni b’rabta ma’ din l-Espressjoni ta’ Interess, u l-penali jridu jitħallsu mill-applikant inkwistjoni lill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi żmien gimagħtejn min-notifika dwar dan, Dan ifisser li l-applikanti prospesttivi huma mistennija juru livell professjonali għoli.
 
2. LINJI GWIDA
 
 
2.1 STRUZZJONIJIET GĦALL-APPLIKANTI PROSPETTIVI
 
A. Applikanti prospettivi għandhom jibagħtu Formola ta’ Applikazzjoni mimlija kompletament u tajjeb u ffirmata li tinkludi d-dokumentazzjoni meħtieġa u l-proposta.
 
B. Applikanti prospettivi għall-gabbani u t-taħdidiet għandhom ikunu manifatturi ta’ ikel u/jew xorb lokali. Dawn il-prodotti lokali (kif manifatturati mill-Applikant) għandhom jidhru fil-proposta bħala parti mill-platti tal-ikel proposti għall-Festival.
 
Il-prezzijiet tal-ikel u x-xorb għandhom ikunu wkoll inklużi fil-proposta.
 
C. Il-Kuntratt għandu jiġi ffirmat mal-Applikant(i) li jintagħżlu u r-responsabbiltà sħiħa għandha tkun tal-Applikant(i). Madankollu, kollaborazzjonijiet bejn l-Applikant(i) u partijiet interessati oħra bħal kokijiet għat-tħejjija tal-ikel u għat-taħdidiet huma permessi sakemm id-dettalji kollha jkunu sottolinjati b’mod ċar fil-Formola ta’ Applikazzjoni.
 
D. L-istess applikant jista’ jibgħat aktar minn applikazzjoni waħda bi proposti differenti madankollu, applikant ma jistax ikun kollaboratur ma’ applikant ieħor. L-istess japplika għall-kollaboraturi. Il-Kollaboraturi ma jistgħux jissottomettu proposta separata bħala applikant separat jew ikunu kollaboratur ta’ aktar minn Applikant wieħed. Dan jista’ jirriżulta f’kunflitt ta’ interess.
 
E. Jistgħu jiġu kkunsidrati offerti multipli sakemm jiġu sottometti proposti separati skont il-linji gwida u l-istruzzjonijiet ta’ dan l-Espressjoni ta’ Interess.
 
F. Għandhom jiġu sottometti proposti u applikanti kompluti u kompleti. Jekk xi waħda mir-rekwiżiti ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess tkun nieqsa u b’hekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, allura l-applikant għandu jiġi skwalifikat immedjatament u ma jiġix ikkunsidrat aktar.
 
G. Bis-sottomissjoni tal-Formola ta’ Applikazzjoni, huwa mifhum li l-applikant qara u jaqbel mat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess u jafferma d-Dikjarazzjonijiet kollha.
 
H. L-applikanti għandhom jissottomettu d-dokumenti rilevanti bħala PDF permezz ta’ email jew ħolqa għat-trasferiment ta’ fajls (eż. wetransfer.com). Ħoloq għal sistemi ta’ cloud bħal Google Drive jew One Drive mhumiex ser jiġu kkunsidrati u ser jiġu immedjatament skwalifikati.
 
2.2 REKWIŻITI GĦAS-SOTTOMISSJONI
 
2.2.1 Formola ta’ Applikazzjoni
 
L-applikanti għandhom jimlew u jissottomettu l-Formola ta’ Applikazzjoni kif ipprovdut fl-Anness I ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess.
 
Bħala parti mill-Formola ta’ Applikazzjoni, kull applikant għandu jissottometti l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni li ġejja:
 
TAQSIMA A: Dettalji tal-applikant
TAQSIMA B: Dettalji tal-Kollaboratur(i) jekk applikabbli
TAQSIMA C: Il-proposta
TAQSIMA D: Dikjarazzjoni
TAQSIMA E: Lista ta’ kontroll u Dokumentazzjoni Addizzjonali
 
N.B. Jekk wieħed jew aktar mir-rekwiżiti mniżżla jew partijiet mill-applikazzjoni jkunu nieqsa jew mhux kompluti, l-applikazzjoni sottomessa ser tiġi skwalifikata immedjatament u mhux ser tiġi kkunsidrata.
 
 
2.2.2 Applikazzjonijiet u Miżati tal-Applikazzjoni
 
A. Miżata tal-applikazzjoni ta’ €50 għandha tiġi sottomessa b’ċekk (permezz ta’ posta reġistrata) mal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni. In-numru taċ-ċekk għandu jidher fuq il-formola tal-applikazzjoni kif sottomessa permezz tal-email. Din il-miżata tal-applikazzjoni mhix rimborsabbli.
 
B. Miżata tal-Applikazzjoni: L-applikant(i) li jintgħażel/jintagħżlu għandu/hom ikun/u meħtieġa jħallas/jħallsu lill-Aġenzija miżata tal-gabbana ta’ €100 biex joperaw u jipparteċipaw fil-festival. Il-Miżati għandhom jitħallsu b’ċekk mal-iffirmar tal-kuntratt.
 
Il-miżati kollha jistgħu jkunu rimborsabbli f’każ ta’ kanċellazzjoni tal-avveniment. Kwalunkwe spiża mġarrba mill-operatur(i) ekonomiku(ċi) ta’ suċċess fil-preparazzjoni tal-Festival ma għandhiex tiġi rimborżata mill-Awtorità li qiegħda il-kuntratt f’każ ta’ kanċellazzjoni tal-Festival; irrispettivament mir-raġunijiet għal tali kanċellazzjoni inklużi force majeure u/jew rakkomandazzjonijiet tas-saħħa lokali b’rabta mal-organizzazzjoni ta’ avvenimenti vis-à-vis il-pandemija tal-COVID-19.
 
N.B. In-nuqqas ta’ twettiq ta’ dawk l-obbligi kuntrattwali fil-jiem tal-avveniment għandu jirriżulta f’penali ta’ €150 u f’dan il-każ, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tirriżerva d-dritt li ttemm immedjatament il-kuntratt mogħti lill-applikanti li naqsu f’kull ħin matul il-perjodu ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt. F’dan il-każ, l-ebda kumpens jew rimborż tal-miżati kif imħallas mill-applikant(i) imsemmi(i) b’rabta ma’ din l-Espressjoni ta’ Interess m’għandu jiġi aċċettat, u l-penali jkunu jridu jiġu riżolti mill-applikant(i) inadempjenti favur l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi żmien ġimagħtejn min-notifika.
 
Inadempjenzi oħra u dewmien fil-prestazzjoni għandhom jirriżultaw f’penali ta’ €50 kuljum għal kull nuqqas.
 
 
2.2.3 Data tal-għeluq għall-Applikazzjonijiet u Kjarifiki
 
L-applikazzjonijiet mimlija u ffirmati kif suppost flimkien mad-dokumentazzjoni kollha ta’ sosten għandhom jintbagħtu permezz ta’ email fuq opencalls@vca.gov.mt sat-3 ta’ Mejju 2022 f’12:00 (GMT+2/CEST).
 
Applikazzjonijiet li jaslu tard jew mhux kompluti mhux ser jiġu kkunsidrati.
 
Applikanti prospettivi jistgħu jibagħtu talbiet għal kjarifika permezz ta’ email fuq opencalls@vca.gov.mt sat-28 ta’ April 2022 f’12:00 (GMT+2/CEST). It-tweġibiet għat-talbiet għal kjarifika ser jiġu ppubblikati fuq www.vca.gov.mt sad-29 ta’ April 2022 f’12:00 (GMT+2/CEST).
 
Skeda tal-ftuħ ser titwaħħal fuq in-noticeboard tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta. Ser jintwerew biss l-isem(ismijiet) tal-applikant(i) li jissottomettu l-applikazzjoni b’rabta ma’ din l-Espressjoni ta’ Interess. Il-prezzijiet mhux ser ikunu elenkati fl-iskeda tal-ftuħ.
 
 
2.3 2.1 GĦAŻLA U EVALWAZZJONI
 
2.3.1 Kriterji tal-Għażla
 
A. L-Aġenzija qed tfittex offerti minn operaturi ekonomiċi li jistgħu jżidu ma’ ċelebrazzjoni ta’ prodotti u kreattività lokali matul il-Valletta Local Food Festival; avveniment iddedikat għall-uniċità tal-gastronomija Maltija permezz tal-promozzjoni ta’ ikel u xorb ġenwini, lokali u kreattivi. Dan għandu jiġi rifless fil-kontenut tal-applikazzjoni, tal-proposta u tad-dokumentazzjoni ta’ sostenn sottomessi mill-applikanti.
B. Kull applikant irid ikun manifattur lokali tal-ikel u/jew tax-xorb u jkun jista’ jħejji dixx bl-użu ta’ dan il-prodott lokali (s) fuq il-post fil-gabbani.
 
Kollaborazzjonijiet ma’ partijiet interessati oħra bħal koki għat-tħejjija tar-riċetti, tisjir ta’ platti fuq il-post, u organizzazzjonijiet ta’ taħditiet huma permessi madankollu l-Applikant għandu jibqa’ l-unika parti responsabbli relatata ma’ din l-applikazzjoni u kwalunkwe komunikazzjoni/kuntratt sussegwenti.
 
C. Kull applikazzjoni se tiġi ttrattata b’kunfidenzjalità stretta.
 
D. Il-proposta għandha tkun valida għal 90 jum mill-iskadenza tas-sottomissjoni ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess.
 
E. L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għandha tiddetermina liema huma l-applikanti l-aktar adattati fid-diskrezzjoni tagħha u f’konformità mal-viżjoni li għandha tal-Valletta Food Festival 2022 kif ukoll il-kwalità tal-prodott u s-servizz u skont il-prodott lokali propost mill-applikanti. Għalhekk, huwa importanti li wieħed jinnota li l-għażla tal-applikazzjonijiet għandha tkun ibbażata fuq il-mertu artistiku.
 
F. L-applikanti li jissottomettu aktar minn prodott lokali propost wieħed fl-applikazzjoni tagħhom jistgħu jkunu aktar probabbli li jiġu assenjati gabbana. L-oriġinalità u l-kwalità għolja għandhom jitqiesu bħala assi.
 
2.3.2 Evalwazzjoni
 
A. L-applikazzjonijiet biss li jiġu sottomessi b’mod sħiħ u li jkunu kompluti jistgħu jiġu kkunsidrati għal dan l-avveniment. Sottomissjonijiet mhux kompluti jew proposta li timponi ċerti kundizzjonijiet li ma jidhrux f’din l-Espressjoni ta’ Interess għandhom jiġu skwalifikati immedjatament.
 
B. L-Awtorità Kontraenti tirriżerva d-dritt li tagħżel u/jew tirrifjuta kwalunkwe applikazzjoni jew l-applikazzjonijiet kollha sottomessi skont id-diskrezzjoni tagħha. Jekk l-ebda wieħed mill-applikanti ma jitqies bħala sodisfaċenti, l-Awtorità Kontraenti tirriżerva d-dritt li tassenja l-gabbani magħżula lil operaturi ekonomiċi oħra (li setgħu ma kinux neċessarjament involuti/ipparteċipaw f’din l-Espressjoni ta’ Interess).
 
C. L-Awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tirriżerva wkoll id-dritt li tpoġġi xi applikazzjonijiet fuq lista ta’ riżerva u tikkuntattjahom f’data aktar tard. F’dan il-każ, ma għandha ssir l-ebda bidla fil-kontenut tal-applikazzjonijiet kif ippreżentati mill-operatur ekonomiku rispettiv.
 
D. Il-kuntratti se jingħataw lill-applikanti li jissottomettu offerti li għandhom l-aktar prodotti lokali ideali li qed jiġu mfittxija u l-eqreb għall-viżjoni tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għal dan il-Festival. Jekk aktar minn applikant wieħed jipproponi l-istess prodott lokali, l-ispazji jistgħu jingħataw mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel; hija l-kronogramma tal-email sottomessa li fiha l-formola tal-applikazzjoni u d-dokumenti relatati.
 
3. TERMINI U KUNDIZZJONIJIET
 
 
3.1 PRODOTTI U GABBANI
 
A. Prodotti manifatturati u prodotti lokali għandhom jintużaw fil-preparazzjoni tal-ikel tal-platti.
 
B. Kull gabbana għandha turi b’mod ċar il-lista tal-prezzijiet għal kull oġġett għall-bejgħ f’żona prominenti fejn il-pubbliku jista’ jara faċilment u jkollu aċċess għal; u f’konformità mar-regolamenti lokali. Dan għandu jiġi ppreżentat mid-Detentur tal-Gabbana fil-limiti ta’ żmien stabbiliti mill-Aġenzija, sabiex l-Aġenzija stess tiddisinja u tipproduċi din il-lista tal-prezzijiet għall-jiem tal-Festival.
 
C. L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għandha talloka gabbana fiżika ta’ madwar 3m x 3m. Kwalunkwe tagħmir ieħor li jista’ jkun meħtieġ għall-ekwipaġġ tal-gabbana u għall-forniment tas-servizz għandu jiġi pprovdut mill-applikant(i) li ntgħażlu. Kwalunkwe spiża li għandha x’taqsam ma’ dan it-tagħmir għandha titħallas mill-applikant(i) li ntgħażlu. Huwa imperattiv li dan it-tagħmir ikun f’kundizzjoni ta’ ħidma tajba u li jingħata servizz xieraq sabiex jittaffa kwalunkwe tfixkil matul il-Festival.
 
D. L-ingredjenti u t-tagħmir kollha inklużi l-għodod anki dawk għall-preparazzjoni u t-tisjir ta’ ikel fuq il-platti inkluż l-organizzazzjoni ta’ taħditiet għandhom jiġu pprovduti mill-applikant (i) rebbieħa. Dan tal-aħħar għandu jipprovdi wkoll il-friġġijiet u l-unitajiet tal-fundar tiegħu stess, is-siġġijiet u l-imwejjed tax-xogħol kif meħtieġ bi spejjeż tiegħu/tagħha stess.
 
E. Kwalunkwe kopertura ta’ assigurazzjoni li tista’ titqies neċessarja mill-applikant rebbieħ (a) b’rabta ma’ tali tagħmir, u għodod kif ukoll kwalunkwe rekwiżiti u permessi tas-saħħa u s-sikurezza jaqgħu taħt il-kompetenza tal-applikant rebbieħ. Kwalunkwe spejjeż relatati għandhom jiġġarrbu mill-applikant(i) magħżul(a).
 
F. L-applikant irid jikkonforma mal-Politika Ambjentali tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta kif elenkat hawn taħt:
 
i. Juża ppakkjar magħmul minn materjali sostenibbli. Jekk jintużaw prodotti kompostabbli li jintremew wara l-użu, l-iskart kollu tal-ikel u l-karti li jintremew wara l-użu għandhom jiżdiedu mal-kontenituri tal-kompost;
 
ii. L-ilma u x-xarbiet l-oħra kollha għandhom jiġu pprovduti f’oġġetti tal-ħġieġ, f’kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew jew f’kontenituri kompostabbli li jintremew wara l-użu.
 
iii. L-applikanti huma mħeġġa jikkunsidraw li jadottaw prezz aktar baxx għall-mili mill-ġdid ta’ tazzi li jistgħu jerġgħu jintużaw imressqa mill-membri tal-udjenza iżda dan mhuwiex obbligatorju.
 
iv. Juża biss prodotti tal-ħasil bijodegradabbli jew organiċi.
 
G. L-applikant magħżul (a) għandu jżomm il-PROFITTI KOLLHA ġġenerati mill-bejgħ. Ma għandu jintalab l-ebda kumpens finanzjarju mill-Awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għall-forniment ta’ dan is-servizz.
 
 
3.2 L-ARMAR U Ż-ŻARMAR
 
A. It-twaqqif tat-tagħmir u l-għodod kollha għandu jitlesta sa 12pm fid-19 ta’ Lulju 2022 L-iskeda preċiża għall-istabbiliment se tiġi kkomunikata mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta sa mhux aktar tard minn ġimgħa qabel il-bidu tal-festival.
 
B. L-applikant (i) magħżul (a) għandu jistabbilixxi l-gabbana skont id-Dijagramma 1 fl-Anness II, kif speċifikat fil-preżenza tal-organizzaturi, skont il-permessi u r-regolamenti kollha fis-seħħ.
 
C. It-tagħmir kollu għandu jiżżarma u jitneħħa ladarba l-avveniment ikun intemm fl-24 ta’ Lulju 2022. L-imwejjed u s-siġġijiet kollha għandhom jitneħħew u kull tip ta’ skart għandu jinġabar u jintrema skont ir-regolamenti ambjentali lokali. Hija r-responsabbiltà tal-applikant(i) magħżul(a) li jiżgura li jiġu implimentati proċeduri xierqa ta’ tindif; l-ebda skart solidu jew likwidu m’għandu jitħalla fuq il-post jew jintrema fl-ispazju.
 
D. Il-provvista tal-elettriku u tal-ilma se tiġi pprovduta mill-Aġenzija matul id-dati tal-avveniment, u s-servizzi tas-sigurtà se jiġu pprovduti wkoll skont ir-rekwiżiti loġistiċi tal-festival.
 
E. Kull gabbana se tkun mgħammra bi skrins jew diviżjonijiet protettivi simili bejn il-bejjiegħ u l-klijent sabiex tiġi żgurata distanza soċjali xierqa skont ir-Regolamenti tas-Saħħa attwali fil-ħin tal-Festival.
 
F. L-applikant(i) magħżul(a) għandu jipprovdi l-kontenituri tiegħu għall-użu għall-iskart iġġenerat waqt is-servizz u jissepara u jarmi l-iskart skont ir-regolamenti lokali. Dan l-iskart jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-applikant u għandu jingħata attenzjoni kif meħtieġ. L-applikant(i) magħżul(a) għandu(hom) jipprovdi/u l-kontenituri tar-riċiklaġġ kif ukoll il-kontenituri għall-iskart ġenerali. L-iskart għandu jitneħħa u jintrema kuljum wara kull tmiem ta’ kull jum sat-tmiem tal-Festival.
 
G. Tagħbija/ħatt temporanja/u jista’ jsir kuljum, sal-5pm, qrib il-post tal-Festival iżda barra mis-sit
 
 
3.3 PERMESSI U LIĊENZJI
 
A. L-applikant magħżul (a) għandu jikkonforma mar-regolamenti lokali dwar is-Saħħa u s-Sigurtà, mar-regolamenti u l-leġiżlazzjoni tal-industrija tal-catering Maltija, ma’ kull liċenzja u permess meħtieġ biex ikun eliġibbli biex ibigħ/jinnegozja u d-Dipartiment tal-VAT. L-applikant(i) magħżul(a) għandu/hom ikollu/jkollhom Ċertifikat għall-Immaniġġjar tal-Ikel validu.
 
B. Dawk kollha li jippreparaw/jservu/jagħmlu kuntatt mal-ikel u x-xorb għandhom jilbsu l-ilbies protettiv meħtieġ, ingwanti li jintremew wara l-użu u kwalunkwe forma oħra ta’ lbies jew apparat iġjeniku protettiv. Il-konformità mar-regolamenti tas-saħħa lokali attwali relatati mal-miżuri ta’ mitigazzjoni kontra l-COVID-19 hija essenzjali. L-oġġetti tal-ikel u x-xarbiet kollha għall-bejgħ għandhom jikkonformaw mar-regolamenti sanitarji lokali stabbiliti mill-awtoritajiet u l-applikant għandu jkollu l-liċenzji u l-permessi kollha meħtieġa sabiex ibigħ il-prodott. Dawn il-permessi jistgħu jintalbu fi kwalunkwe ħin mill-Awtorità li qiegħda toħoroġ il-kuntratt.
 
C. L-applikant(i) magħżul(a) li jbigħu l-alkoħol irid/u ikun/u fil-pussess ta’ Liċenzja għall-bejgħ tal-alkoħol jekk jinbiegħ xi alkoħol. Ir-rekwiżiti legali kollha meħtieġa huma r-responsabbiltà tal-applikant. L-Awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt mhu ser tkun responsabbli għall-ebda azzjoni jew multi li jġarrab l-applikant magħżul bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regolamenti lokali.
 
Barra minn hekk, irrispettivament mill-klawżoli inklużi f’din l-Espressjoni ta’ Interess, il-bejgħ tal-alkoħol għandu jiddependi fuq il-miżuri/restrizzjonijiet tal-COVID-19 li jiġu ppubblikati minn żmien għal żmien mill-Awtoritajiet lokali rilevanti.
 
D. L-operatur (i) ekonomiku/iċi magħżul (a) għandu/hom jkollu/hom il-poloz tal-assigurazzjoni kollha meħtieġa inkluża r-responsabbiltà pubblika; li tkopri kull forma ta’ riskji inklużi l-ħsara, it-telf, il-ħsara fuq il-ġisem, il-mewt fir-rigward ta’ terzi persuni. L-Awtorità Kontraenti ma għandha tkun involuta fl-ebda tilwima legali bħala riżultat tal-operazzjonijiet tal-operatur(i) ekonomiku/ekonomiċi b’rabta mal-avveniment. Kopja ta’ polza tal-assigurazzjoni ta’ responsabbiltà pubblika valida għandha tiġi sottomessa lill-Awtorità Kontraenti mal-approvazzjoni tal-kuntratt.
 
E. L-operatur ekonomiku magħżul għandu f’kull ħin jirrispetta l-istandards obbligatorji għall-miżuri ta’ mitigazzjoni għall-fażi ta’ tranżizzjoni tal-Covid-19 maħruġa skont il-kapitolu 465 tal-Att dwar is-Saħħa Pubblika (https://deputyprimeminister.gov.mt/en/health-promotion/covid-19/Documents/mitigation-conditions-andguidances/Standards_for_Bars_Clubs_Similar%20Establishments.pdf).
 
Jekk l-applikant(i) magħżul(a) jinqabad biex jikser kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq kif ukoll il-kundizzjonijiet lokali relatati mal-COVID-19 kif ippubblikati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, huwa jista’ jintalab mill-Awtorità Kontraenti u/jew awtoritajiet lokali kompetenti oħra biex jagħlaq il-gabbana u jwaqqaf il-bejgħ b’effett immedjat. L-operatur(i) ekonomiku/ekonomiċi mhux se jkun(u) intitolat(i) għal kwalunkwe kumpens u għandu/hom ikun(u) responsabbli għas-saldu ta’ kwalunkwe multa mġarrba mill-awtoritajiet lokali kompetenti. Kwalunkwe multi mġarrba jew proċedimenti tal-Qorti li jirriżultaw minn tali azzjonijiet għandhom jiġġarrbu kompletament minn/ikunu r-responsabbiltà tal-applikant(i). Barra minn hekk, kwalunkwe talba għar-rimborż ta’ tariffi ma għandhiex tintlaqa’.
 
F. Il-Liġijiet Maltin rilvenati għall-attività għandhom jiġu osservati fl-intier tagħhom mill-operatur/i ekonomiku/iċi magħżul/a.