• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]
Photo Credits: Darren Agius

Attivitajiet fil-Belt Valletta dan il-Milied

Il-Belt Valletta ttrasformat ruħha f’belt vibranti u atmosferika bil-projezzjonijiet (projections) tal-Milied u x-xena tan-Nattività f’Pjazza San Ġorġ, avvenimenti mużikali ‘pop-up’ fi Pjazza l-Assedju l-Kbir, wiri ta’ films, prestazzjonijiet bil-pupazzi s-Suq tal-Belt u Pjazza Ħelsien u attrazzjonijiet oħra matul it-toroq prinċipali tal-Belt.

Il-Programm tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Christmas in the City, qed jittellà bejn it-8 u l-24 ta’ Diċembru filwaqt li xow għall-meżżi tax-xandir huwa ppjanat għal-lejliet l-Ewwel tas-Sena. Għalkemm il-Pandemija Covid-19 bidlet il-mod kif l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed torganizza l-attivitajiet din is-sena, dan ma tellef xejn mill-atmosfera festiva u l-intimità ta’ attivitajiet fuq skala żgħira li qed jittellgħu kull filgħaxija.

Fost il-prestazzjonijiet ewlenin ta’ din il-ġimgħa rajna Opera in the City – prestazzjoni mit-tenur internazzjonali Malti Nico Darmanin flimkien mas-sopran Nadia Vella, akkumpanjati mill-pjanista Sofia Narmania.

Is-Sibt 12 u l-Ħadd 13 ta’ Diċembru se jsir wiri tal-films popolari tal-Milied Joyeux Noël u Polar Express, fis-Suq tal-Belt (it-Tieni Sular). Prestazzjonijiet bil-pupazzi se jittellgħu it-Tlieta 15 u l-Erbgħa 23 ta’ Diċembru. Gruppi mużikali varji jistgħu jitgawdew minn min ikun qed jixtri, familji u individwi fil-ġranet l-oħra kollha. Sadanittant, Ittanta Ktieb tibqa’ attrazzjoni favorita mat-tfal u l-kbar hekk kif jieħdu ktieb imkebbeb bħala rigal mill-kabini tat-telefonija.

Is-Siġra tal-Milied, id-dwal u l-projezzjonijiet jistgħu jitgawdew sal-ewwel ġimgħa ta’ Jannar.
Minħabba l-miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ kontra l-Covid-19, il-postijiet għandhom jiġu riżervati b’email fuq [email protected]. Il-bilijetti huma bla ħlas.

Għal aktar informazzjoni inkluż l-programm sħiħ żur il-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta https://www.facebook.com/vallettaculturalagency u s-sit elettroniku vca.gov.mt.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.