start date December 13, 2021
map icon Il-Belt Valletta

Children’s Craft Workshops

13/12/2021
3:00 PM to 9:00 PM
Valletta Design Cluster, Il-Belt Valletta

Children’s Craft Workshops

Il-Valletta Design Cluster qed jospita workshops tal-crafts għat-tfal dan il-Milied. Il-ġenituri jistgħu jingħaqdu mat-tfal filwaqt li jagħmlu ornamenti u dekorazzjonijiet tal-Milied. Il-materjal se jiġi pprovdut iżda tistgħu ġġibu xi fojl, kartolini qodma, karti u kwalunkwe materjal ieħor biex jerġa’ jintuża u jiġi riċiklat.

Se jsiru żewġ sessjonijiet ta’ siegħa filgħodu fl-10:30 u f’nofsinhar kif ukoll żewġ sessjonijiet oħra wara nofsinhar fis-2pm u fit-3.30pm.

Il-postijiet huma limitati – Ibbukkja billi tibgħat email fuq [email protected] b’ismek u kunjomk, in-numru tal-karta tal-identità, in-numru ta’ nies li se jattendu, in-numru tat-telefon u l-indirizz elettroniku.

Żur [il-paġna ta’ Facebook](https://www.facebook.com/vallettaculturalagency) tal-Aġenzija għall-aktar dettalji.

Regolament kontra l-firxa tal-Covid 19:

– Id-dħul huwa esklussivament fuq preżentazzjoni ta’ ċertifikat validu tat-tilqim. Iċ-ċertifikati tat-tilqim jiġu verifikati permezz ta’ awtentikazzjoni mas-sistema.
– It-tfal ta’ bejn il-5 u l-11-il sena jeħtieġ li jippreżentaw riżultat ta’ test rapidu negattiv magħmul fi żmien 24 siegħa jew PCR negattiv fi żmien 72 siegħa mill-bidu tal-avveniment.
– Il-maskri għandhom jintlibsu matul il-workshops.