start date October 18, 2021
map icon Il-Belt Valletta

MUŻE.X

18/10/2021 - 20/10/2021
12:00 PM to 8:30 PM
Il-Kampus tal-Università ta’ Malta fil-Belt Valletta, Il-Belt Valletta

MUŻE.X

Il-konferenza internazzjonali MUŻE.X Shaping Museum Futures, se tkun qed issir bejn it-18 u l-20 ta’ Ottubru fil-Kampus tal-Università ta’ Malta tal-Belt Valletta fi Triq San Pawl.

Il-konferenza se tkun indirizzata minn Carmel Borg Professur fid-Dipartiment tal-Arti, Komunitajiet Miftuħa, u Edukazzjoni tal-Adulti u Sandro Debono
lettur viżitatur fid-Dipartiment tal-Arti, Komunitajiet Miftuħa u Edukazzjoni tal-Adulti.

MUŻE.X – Shaping Museum Futures huwa proġett tad-Dipartiment tal-Arti, l-Komunitajiet miftuħa u l-Edukazzjoni tal-Adulti (l-Università ta’ Malta) b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u partijiet ikkonċernati oħra.

Din il-konferenza se tkun qed issir taħt il-patroċinju tal-Eċċellenza Tiegħu George Vella, il-President ta’ Malta.