• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Stejjer Stretti Jirxoxtaw

Stejjer Stretti Jirxoxtaw, li tifforma parti mill-programm ta’ The Strada Stretta Concept taħt id-direzzjoni artistika ta’ Giuseppe Schembri Bonaci, se tkun qed issir fit-18 ta’ Novembru 2021. Il-prestazzjoni tibda fit-8:00pm u se tkun qed issir f’The Splendid fi Strada Stretta, il-Belt Valletta.

Stejjer Stretti Jirxoxtaw se tinkludi l-parteċipazzjoni ta’ grupp magħruf ta’ għannejja li jikkonsistu minn Joe Grech ‘tar-Raħal Ġdid’, Anġlu Theuma ‘il-Kina’, Mikiel Cumbo, magħruf bħala ‘L-Iżgej’, kif ukoll il-kitarristi Johnny Saliba ta’ Birżebbuġa u Frans Casha. Il-grupp huwa kkoordinat mill-organizzatur u mill-istage manager Noel D’Amato. Il-mużika folkloristika se tipprovdi ħarsa lejn il-personalitajiet ta’ Marija s-Sewda, il-qassis Nazju Falzon, Corsair Lorenzi, u Caterina Vitale, fost ismijiet u okkorrenzi magħrufa oħrajn assoċjati ma’ Strada Stretta, bħall-ġlieda ta’ Caravaggio u l-qtil taċ-ċkejken Twanny. Dan l-avveniment se jimmarka għal darb’oħra l-parteċipazzjoni tal-għannejja fil-programm ta’ The Strada Stretta Concept, fejn il-prestazzjonijiet preċedenti kienu Battibekki Kontra Dante (2021), Imnalla fl-aħħar ħriġna (2020), Dido (2018), Turandot (2017) u Carmen ta’ Bizet (2016), fost ħafna proġetti oħrajn.

Id-dħul huwa b’xejn, iżda huwa importanti li tibbukkja. Biex tibbukkja post ibgħat email fuq [email protected] jew ċempel fuq +356 2124 2018. Minħabba s-sitwazzjoni preżenti, dawk kollha li jattendu għandhom ikunu kompletament imlaqqma, iridu jilbsu maskra u jżommu d-distanza soċjali matul il-preżentazzjoni kollha. Iċ-ċertifikati tal-vaċċin se jiġu skenjati mad-dħul. Għal aktar informazzjoni fuq l-avvenimenti idħol fuq il-paġni ta’ Facebook ta’ The Strada Stretta Concept u tal-Valletta Cultural Agency.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.