Id-disinnji mill-fibreglass ikkuluriti joħolqu dellijiet sbieħ matul il-jum filwaqt li filgħaxija 4,000 bozza kkontrollati individwalment jixgħelu l-installazzjoni. Din l-installazzjoni ġiet ispirata mill-arkitettura u minn disnnji ta’ fjuri kumplessi fuq il-binjiet f’South Street.
Il-pandemija tal-COVID-19 rawmet fina x-xewqa li nsaħħu l-kuntatt u nesploraw iżjed in-natura ta’ madwarna. Minħabba l-urbanizzazzjoni tal-irħula li ngħixu fihom u anki minħabba ż-żmien li kellna nagħmlu iżolati minn xulxin, il-ħtieġa li nersqu iżjed lejn in-natura bdiet tiżdied.
Intitolata ‘Rainbow Street’, l-installazzjoni tiċċelebra l-qawwa tal-arti f’postijiet pubbliċi, li toħloq atmosfera divertenti u kkulurita għal dawk kollha li jgħaddu minn din it-triq. Ispirat mill-arkitettura tal-Belt Valletta, l-artist tad-dawl Carl Caruana ħoloq eżibizzjoni ta’ fjuri mdendlin li tieħu lill-viżitaturi f’dinja kkulurita ta’ dwal u kuluri.
Din l-eżibizzjoni tista’ tibqa’ titgawda sal-aħħar ta’ Settembru.